Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Bl-għajnuna ta’ Special Olympics qed naraw l-isport jiġi elevat u jsir aktar inklużiv – Dr Lydia Abela waqt attività sportiva bil-għan li tissaħħaħ l-inklużjoni fl-iskejjel

pr260667
Date Icon 20/04/2026

Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela attendiet għal attività sportiva organizzata  fl-Iskola Helen Keller, b’kollaborazzjoni bejn l-Iskola Primarja San Benedittu Qrendi, il-Kulleġġ San Benedittu u Special Olympics Malta.

Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien 80 student, fosthom studenti b’diżabilità fiżika, f’esperjenza sportiva komuni li ppromwoviet l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u r-rispett reċiproku.

Dr Lydia Abela, li hija wkoll il-President ta’ Special Olympics Malta, iddeskriviet din l-inizjattiva bħala waħda brillanti u li tagħti eżempju ċar tal-inklużività.

“Din hija l-ewwel skola fejn qed naraw kollaborazzjoni bejn San Benedittu, Helen Keller u l-Iskola Primarja San Benedittu, li bl-għajnuna ta’ Special Olympics qed naraw l-isport jiġi elevat u jsir aktar inklużiv,” qalet Dr Lydia Abela.

Hija żiedet tgħid li hemm  pjanijiet biex ’il quddiem jinkludu skejjel oħrajn, fejn Special Olympics tuża r-riżorsi tagħha, bħal apparat u coaches, biex l-isport fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex isir dejjem aktar inklużiv. 

Dr Abela temmet tgħid li l-isport huwa mezz importanti u b’saħħtu ħafna għall-inklużjoni.

Matul din l-attività ngħatat importanza partikolari lill-Motor Activity Training Programme (MATP) – programm li għandu rwol kruċjali biex jappoġġja studenti bi bżonnijiet kumplessi jipparteċipaw b’mod attiv ma’ sħabhom.

Mart il-Prim Ministru rringrazzjat lill-edukaturi, u lill-entitajiet kollha involuti għall-impenn tagħhom favur skejjel u komunitajiet dejjem aktar inklużivi.

L-iskola Helen Keller hija l-ewwel skola f’pajjiżna li ngħatat ir-rikonoxximent Unified Champions minn Special Olympics.

Għal din l-attività kien hemm ukoll preżenti l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Bl-għajnuna ta’ Special Olympics qed naraw l-isport jiġi elevat u jsir aktar inklużiv – Dr Lydia Abela waqt attività sportiva bil-għan li tissaħħaħ l-inklużjoni fl-iskejjel
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Bl-għajnuna ta’ Special Olympics qed naraw l-isport jiġi elevat u jsir aktar inklużiv – Dr Lydia Abela waqt attività sportiva bil-għan li tissaħħaħ l-inklużjoni fl-iskejjel
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Bl-għajnuna ta’ Special Olympics qed naraw l-isport jiġi elevat u jsir aktar inklużiv – Dr Lydia Abela waqt attività sportiva bil-għan li tissaħħaħ l-inklużjoni fl-iskejjel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow