Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Ir-responsabbiltà mhijiex xkiel għall-progress, iżda l-kumpass tiegħu” – L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

pr260666
Date Icon 20/04/2026

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa' lill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, li ppreżentalu l-pubblikazzjoni kommemorattiva tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li tfakkar il-laqgħa tal-EU Contact Committee li saret f'Malta f'Novembru li għadda. Din il-pubblikazzjoni tfakkar okkażjoni ta' importanza kbira għal pajjiżna, li matulha l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, f'kollaborazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, laqa' f'Malta lill-kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati għall-laqgħa annwali tagħhom.

L-Ispeaker qal li din il-konferenza kienet ta' importanza partikolari għal Malta u għall-Unjoni Ewropea, għaliex laqqgħet flimkien lill-ogħla awtoritajiet Ewropej fil-qasam tal-verifika pubblika sabiex jiddiskutu sfidi komuni marbuta mal-governanza, mar-responsabbiltà istituzzjonali u mal-kompetittività tal-Ewropa. Huwa saħaq li, kif stqarr fl-indirizz tiegħu waqt l-istess konferenza, ir-responsabbiltà mhijiex xkiel għall-progress, iżda l-kumpass tiegħu, u li l-ħidma tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tibqa' essenzjali biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet u biex jiġi żgurat li r-riżorsi pubbliċi jintużaw bil-għaqal, b'serjetà u fl-aħjar interess taċ-ċittadini.

L-Ispeaker laqa' din il-pubblikazzjoni bħala tifkira xierqa ta' avveniment internazzjonali ta' importanza kbira li Malta ospitat b'suċċess, u bħala xhieda tal-ħidma siewja mwettqa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika favur it-tisħiħ tal-governanza tajba, tat-trasparenza u tal-koperazzjoni istituzzjonali fuq livell Ewropew.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Ir-responsabbiltà mhijiex xkiel għall-progress, iżda l-kumpass tiegħu” – L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow