Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ċelebrazzjoni ta’ 70 sena kisbiet ta’ sigurtà soċjali

pr260664
Date Icon 20/04/2026

Ingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru s-sebgħin sena anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f'pajjiżna. 70 sena ta' kisbiet, tisħiħ u sostenn ta' benefiċċji u miżuri soċjali li komplew jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Nhar it-Tnejn filgħodu tħabbar il-programm ta' ċelebrazzjonijiet mifruxa fuq xahar, u li fil-qalba tagħhom hemm il-familji, l-pensjonanti, u dak kollu li jagħmel dawn il-benefiċċji vibranti u ħajjin.

L-istorja tas-sigurtà soċjali f'Malta tmur lura formalment għall-1956 taħt l-eks Prim Ministru Dom Mintoff, b'evoluzzjoni li mxiet minn skemi bażiċi fis-seklu 19 għal sistema komprensiva moderna. Matul is-snin, is-sistema saħħet il-protezzjoni soċjali permezz ta' pensjonijiet, allowances, u kontribuzzjonijiet, speċjalment bl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) li jirregola l-benefiċċji attwali. Matul id-deċennji, is-sistema kompliet tevolvi u tissaħħaħ, inkluż l-introduzzjoni ta' pensjonijiet tar-romol u allowances oħra.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li, “Illum qed niċċelebraw snin ta' rieda soċjali, li komplew jilħqu l-qofol tagħhom tul dawn l-aħħar 13-il sena. Dejjem emminna fis-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali u xhieda ta' dan huma ż-żidiet kontinwi fil-pensjonijiet, iċ-'Children's Allowance', l-'In-work Benefit' u l-Għajnuna Supplimentari, fost oħrajn. Dis-sena biss implimentajna aktar minn 50 miżura soċjali u dan il-Gvern kommess li jkompli jsaħħaħ u jwieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn t'għajnuna soċjali. Dan huwa dak li jiddistingwina minn ħaddieħor."

Intant l-investiment fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali kompla jirranka matul l-2025 biex laħaq l-ogħla livell ta' kull żmien. Benefiċjarji kontributorji u dawk mhux kontributorji bejniethom tħallsu madwar €1.62 biljun – investiment li kien jirrappreżenta 21 fil-mija tan-nefqa rikorrenti globali tal-Gvern matul is-sena u  d-doppju tal-ammont ta' benefiċċji mħallsa fis-sena 2013.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Mark Musu ddeskriva din iċ-ċelebrazzjoni bħala kisba ta' poplu, li għandu jkun kburi u grat b'dak kollu li kiseb tul is-snin. “Nazzarda ngħid illi Malta għandha l-akbar ruħ soċjali fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Malta li dejjem tagħti wens liż-żgħir, illi tkompli ssaħħaħ il-benefiċċji u tiftaħ orizzonti ġodda għal kulħadd, sabiex jitla' tarġa 'l fuq," temm jgħid is-Segretarju Permanenti Mark Musu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ċelebrazzjoni ta’ 70 sena kisbiet ta’ sigurtà soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ċelebrazzjoni ta’ 70 sena kisbiet ta’ sigurtà soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ċelebrazzjoni ta’ 70 sena kisbiet ta’ sigurtà soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ċelebrazzjoni ta’ 70 sena kisbiet ta’ sigurtà soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow