Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Magna ġdida tal-Bone Density fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex

PR260645
Date Icon 17/04/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura magna ġdida tal-Bone Density fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

Ġie spjegat kif permezz ta' din il-magna jitwettaq bone density scan biex jitkejjel il-kontenut minerali fl-għadam. Dan l-iscan jipprovdi informazzjoni dwar tnaqqis fil-massa tal-għadam u jgħin fl-assessjar tat-trattament għall-kundizzjoni ta' osteoporożi. Din tirrendi l-għadam aktar fraġli b'riskju akbar ta' ksur. L-għan ta' dan l-investiment hu li jindirizza l-ħtieġa, li dejjem qed tikber, ta' scans fl-għadam, fejn huwa stmat li se jsiru madwar 1,500 scan fis-sena. Għaldaqstant dan l-investiment se jwassal għal servizzi tal-kura tas-saħħa aktar effiċjenti.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif dan is-servizz ġdid li se jingħata permezz tal-magna l-ġdida, ser ikun qed jikkumplimenta għadd ta' servizzi oħrajn li jingħataw fl-Isptar t'Għawdex fejn minnu, pazjenti Għawdxin qed ikomplu jinqdew f'Għawdex stess. Dr Abela tenna kif permezz ta' dan l-investiment mhux biss qed nipprevjenu li persuna tweġġa' serjament, imma wkoll qegħdin ninvestu fil-benesseri tal-individwu u nevitaw interventi serji u diżabilità.

“Illum qed naraw investiment ieħor mal-kullana ta' investiment li qed isiru fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Kommessi li nkomplu mal-viżjoni tagħna li nkomplu noffru kura preventiva tal-ogħla livell lill-Għawdxin f'Għawdex stess," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Magna ġdida tal-Bone Density fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Magna ġdida tal-Bone Density fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow