Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tenfasizza l-importanza tal-istabbiltà fl-enerġija għall-provvista tal-manifattura waqt żjara lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd

PR260643
Date Icon 17/04/2026

Fid-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin fis-settur tal-enerġija, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli żaret lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd, SME lokali speċjalizzata fil-manifattura ta' forom ta' preċiżjoni.

Imwaqqfa fl-2003, il-kumpanija topera f'settur li jikkonsma ħafna enerġija, bi proċessi ta' produzzjoni li jiddependu ħafna fuqha. Waqt iż-żjara, il-fundatur tal-kumpanija Kevin Busuttil spjega kif id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jżidx il-prezzijiet tal-enerġija ppermettiet lil kumpanija bħalma hija tiegħu tibqa' kompetittiva.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li s-saħħa tal-manifattura f'Malta tiddependi fuq ir-reżiljenza tal-katina sħiħa tal-provvista tagħha. “Kumpaniji bħal Tek Moulds Precision Ltd għandhom rwol kruċjali biex jappoġġjaw industriji oħra. Mingħajrhom, manifatturi akbar isibuha diffiċli biex jiddependu fuq fornituri lokali, u dan idgħajjef l-ekosistema kollha. Dan in-network ta' produtturi speċjalizzati jippermetti lill-ekosistema tal-manifattura f'Malta taħdem tajjeb u tiffjorixxi."

Imwaqqfa fl-2003, Tek Moulds timpjega 34 persuna.

“F'industriji li jużaw ħafna enerġija, il-kompetittività fil-prezz hija kruċjali. Bl-appoġġ meħtieġ, u bl-inkoraġġiment biex jinvestu f'tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-kumpaniji Maltin jistgħu jkomplu joperaw b'mod kompetittiv u effiċjenti," qalet il-Ministru Dalli.

Kevin Busuttil tenna li spejjeż stabbli u prevedibbli tal-enerġija huma essenzjali għall-ippjanar, għall-investiment, u biex il-kumpanija tibqa' tagħmel parti minn katini akbar tal-provvista fil-manifattura. Qal li, mingħajr sistema ta' appoġġ bħal din, l-ispejjeż tal-operat ikunu ferm ogħla. Huwa stqarr li, meta mqabbla mar-rati industrijali f'pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja, il-miżura attwali tal-Gvern qed tippermetti lil Tek Moulds tiffranka madwar 77% mill-kont tad-dawl.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tenfasizza l-importanza tal-istabbiltà fl-enerġija għall-provvista tal-manifattura waqt żjara lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tenfasizza l-importanza tal-istabbiltà fl-enerġija għall-provvista tal-manifattura waqt żjara lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow