Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa bilaterali mal-Ministru Franċiż għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin Jean-Noël Barrot f’Pariġi

PR260637
Date Icon 17/04/2026


Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Franċiża, Jean-Noël Barrot, f’Pariġi.

Iż-żewġ naħat affermaw ir-relazzjoni b’saħħitha u storika bejn Malta u Franza, filwaqt li enfasizzaw ir-rispett reċiproku li jikkaratterizza r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-impenn komuni tagħhom li jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni bilaterali fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u f’fora multilaterali.

Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq żviluppi ewlenin reġjonali u globali, inkluż il-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna, il-Lvant Nofsani u s-sitwazzjoni fil-Libja. Malta tenniet is-sejħa konsistenti tagħha għad-de-eskalazzjoni u paċi ġusta u sostenibbli, filwaqt li enfasizzat in-newtralità kostituzzjonali tagħha.

“Malta u Franza jgawdu minn relazzjoni mibnija fuq fiduċja, rispett reċiproku u impenn komuni lejn il-multilateraliżmu. F’dan il-kuntest ġeopolitiku kumpless, id-djalogu kontinwu huwa essenzjali biex inkomplu nsaħħu l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità,” qal Dr Borg.

Iż-żewġ ministri ddiskutew ukoll dwar żviluppi riċenti fl-Ewropa, inkluż ir-riżultat elettorali fl-Ungerija, filwaqt li enfasizzaw l-importanza tal-istabbiltà demokratika u l-ħtieġa ta’ impenn kontinwu fi ħdan il-qafas Ewropew.

Il-prijoritajiet Ewropej, inkluż l-enerġija u s-sovranità Ewropeja, kienu wkoll prominenti fid-diskussjonijiet, fejn iż-żewġ naħat saħqu fuq l-importanza tal-għaqda u kooperazzjoni effettiva fi ħdan l-UE.

Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll il-kooperazzjoni fuq livell multilaterali, inkluż fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda.

Dr Borg enfasizza dwar l-irwol ta’ Malta bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja, fejn id-diskussjonijiet indirizzaw is-sigurtà marittima, l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet, u l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn l-infurzar u l-obbligi internazzjonali relatati mas-sigurtà fuq il-baħar u l-protezzjoni ambjentali.

“Spjegajt il-pożizzjoni ta’ Malta dwar kwistjonijiet marittimi, li huma ta’ importanza strateġika għal pajjiżna. Bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja, huwa essenzjali li l-qafas internazzjonali jibqa’ effettiv filwaqt li jiżgura ċertezza legali u jippermetti lill-operaturi jwettqu l-obbligi tagħhom,” temm jgħid Dr Borg.

Ritratti (ODPM-MFT)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa bilaterali mal-Ministru Franċiż għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin Jean-Noël Barrot f’Pariġi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa bilaterali mal-Ministru Franċiż għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin Jean-Noël Barrot f’Pariġi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow