Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI L-attività ‘Iż-Żunżana ddur iddur’ fil-Pjazza tal-Imqabba

pr260633
Date Icon 16/04/2026

Wara s-suċċess tal-attività 'Iż-Żunżana ddur iddur' fil-Pjazza tal-Imtarfa, issa ser terġa tittella', din id-darba fil-Pjazza tal-Imqabba bħala parti minn inizjattiva biex tlaqqa' flimkien il-familji u r-residenti tal-lokalità u anke dawk tal-madwar f'ambjent sabiħ u komunitarju.

Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq xogħol ta' manutenzjoni estensiv fil-Pjazza tal-Imqabba, liema xogħol se jkun finalizzat fil-ġranet li ġejjin. B'hekk, wara ġimgħat magħluqa, din il-Pjazza se tkun qed tinfetaħ lura għall-pubbliku b'attività għall-familji.

Din l-attività, se tkun qed tittella' nhar is-Sibt 25 ta' April mill-ħamsa ta' filgħaxija  'l quddiem u se toffri programm varjat ta' divertiment għal kulħadd. Fost l-attivitajiet se jkun hemm varjetà ta' ikel u xorb, kif ukoll logħob għat-tfal u attivitajiet interattivi għall-familja kollha.  Se jkun hemm ukoll animazzjoni u divertiment, mużika, u attivitajiet li jkomplu jagħtu ħajja lill-pjazza u joffru esperjenza sabiħa għal dawk kollha li jattendu.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal: “Kif issa wasalna fl-aħħar tax-xogħlijiet hawnhekk ġewwa l-Imqabba, għandna stedina għall-familji kollha għal din l-attività mingħajr ħlas miftuħa għal kulħadd nhar is-Sibt 25 ta' April f'din l-istess Pjazza. Ser ikun hemm attivitajiet għall-familja kollha u nistedinkom sabiex flimkien niċċelebraw il-ħidma kbira li l-Public Works wettaq f'din il-lokalità, flimkien ma' diversi għaqdiet volontarji, kif ukoll li naraw il-pjazez tagħna miftuħa għan-nies f'attivitajiet soċjevoli u divertenti għal kulħadd." 

Is-Sindku tal-Imqabba Grace Marie Zerafa qalet kif fil-25 ta' April se tkun qed tittella' attività għall-familja kollha. Hija rringrazzjat lid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għall-ħidma mwettqa li tikkumplimenta l-ħidma tal-Kunsill Lokali biex ikomplu jagħtu kwalità ta' ħajja aħjar lir-residenti. Is-Sindku temmet billi ħeġġet lil kulħadd biex jattendi din l-attività.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI L-attività ‘Iż-Żunżana ddur iddur’ fil-Pjazza tal-Imqabba
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI L-attività ‘Iż-Żunżana ddur iddur’ fil-Pjazza tal-Imqabba
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow