Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-konferenza “Il-Vuċi tal-Annimali” tkompli ssaħħaħ l-impenn nazzjonali għall-benesseri u l-protezzjoni tal-annimali

pr260630
Date Icon 16/04/2026

Il-konferenza “Il-Vuċi tal-Annimali", ġabret flimkien rappreżentanti istituzzjonali, esperti, għaqdiet volontarji u partijiet ikkonċernati differenti fil-qasam tal-benesseri tal-annimali, bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-koordinazzjoni, id-djalogu u l-azzjoni konkreta f'dan is-settur importanti.

Il-konferenza serviet bħala pjattaforma nazzjonali ta' diskussjoni dwar l-iżviluppi li saru f'dawn l-aħħar snin fil-qafas legali u operattiv relatat mal-protezzjoni tal-annimali, kif ukoll dwar il-ħtieġa ta' aktar edukazzjoni, prevenzjoni u kollaborazzjoni bejn l-entitajiet kollha involuti.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo enfasizza l-importanza kruċjali tal-infurzar effettiv tal-liġijiet eżistenti bħala l-pedament ta' sistema robusta ta' ħarsien tal-annimali. Huwa saħaq li l-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jsaħħaħ l-istrutturi ta' infurzar, jtejjeb il-kapaċitajiet operattivi u jiżgura li kull każ ta' abbuż jew negliġenza jiġi indirizzat b'mod serju, rapidu u konsistenti.

Il-Ministru Refalo qal ukoll li l-protezzjoni tal-annimali mhijiex biss kwistjoni ta' liġi, iżda wkoll ta' kultura u responsabbiltà soċjali, u għalhekk hemm bżonn ta' approċċ komprensiv li jinkludi edukazzjoni u għarfien fil-komunità.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li, “Huwa kruċjali li nħarsu l-benesseri tal-annimali fuq livell nazzjonali, kemm bħala sidien kif ukoll bħala soċjetà. Kommessi li nkomplu nieħdu l-passi neċessarji sabiex nassiguraw li l-ebda annimal ma jbati trawma jew jiffaċċja abbuż, abbandun jew negliġenza. Għalhekk, huwa essenzjali li naħdmu id f'id ma' għaqdiet non-governattivi u l-membri kollha tas-soċjetà sabiex nimxu 'l quddiem b'mod konkret."

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela li fid-diskors tagħha qalet li din it-tema mhijiex biss importanti, imma wkoll personali għaliha għaliex l-annimali kienu minn dejjem ċentrali f'ħajjitha. Saħqet li pajjiżna għamel passi importanti 'l quddiem fil-ħarsien tad-drittijiet tal-annimali, iżda jeħtieġ li nibqgħu naħdmu b'mod kollettiv biex inkomplu nibnu kultura ta' rispett, kura u protezzjoni dejjem aktar b'saħħitha għall-annimali.

Dr Abela temmet tgħid li, fix-xhur u s-snin li ġejjin, pajjiżna se jkun iktar ambizzjuż fit-twettiq ta' proġetti ġodda li jtejbu l-benesseri tal-annimali u li joħolqu soċjetà iktar ġusta li tieħu ħsieb lil kulħadd.

Il-konferenza kkonkludiet b'messaġġ ċar favur aktar ħidma koordinata bejn l-entitajiet kollha involuti, sabiex il-benesseri tal-annimali jkompli jkun sostnut minn azzjoni konkreta, infurzar effettiv u impenn kontinwu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-konferenza “Il-Vuċi tal-Annimali” tkompli ssaħħaħ l-impenn nazzjonali għall-benesseri u l-protezzjoni tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-konferenza “Il-Vuċi tal-Annimali” tkompli ssaħħaħ l-impenn nazzjonali għall-benesseri u l-protezzjoni tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-konferenza “Il-Vuċi tal-Annimali” tkompli ssaħħaħ l-impenn nazzjonali għall-benesseri u l-protezzjoni tal-annimali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow