Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Terġa’ tingħata l-ħajja Pjazza Karmenu Mifsud Bonnici f’Bormla

pr260629
Date Icon 16/04/2026

Pjazza Karmenu Mifsud Bonnici f'Bormla ser terġa' tingħata l-ħajja bi proġett ta' riġenerazzjoni għall-familji Bormliżi u dawk kollha li jżuru din iż-żona. Dan bi proġett li ħabbar il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li se jkun qiegħed jibdel din il-pjazza għal waħda moderna u isbaħ.

Proġett immexxi mill-Kunsill Lokali ta' Bormla u li ser jinbidel minn idea fuq karta għal realtà bl-appoġġ tal-Gvern. Dan billi ser jimmodernizza l-infrastruttura, jsebbaħ il-post b'bankijiet u siġar ġodda u proġett li se jilqgħek meta tgħaddi minnu jew tieqaf ftit fih għall-mistrieħ.

Il-Ministru Byron Camilleri tkellem kif fl-aħħar snin il-Gvern ta importanza massima lil din iż-żona ta' pajjiżna. “Mixja minn Bormla, sal-Birgu, l-Isla jew il-Kalkara hija xhieda ta' dan kollu. Postijiet li għal snin kienu mitluqa ngħataw ħajja ġdida. Meta nitkellem fuq kemm ħdimna fil-Port il-Kbir u kemm nemmnu fil-potenzjal tiegħu, qed insemmu wkoll primarjament iż-żona tal-Kottonera kollha fejn għadna u ser nibqgħu għaddejjin b'aktar proġetti, minn dawk ta' spazji miftuħa għal dawk ta' tisbiħ, għal dawk ta' faċilitajiet ġodda f'oqsma differenti."

Filwaqt li tkellem dwar ir-ritmu ta' investiment li qabad sew f'din iż-żona, il-Ministru enfasizza l-impenn ċar tal-Gvern li mhux biss iżomm dan il-pass, iżda jkompli jsaħħu. “Dak ir-ritmu mhux biss irid jinżamm imma nsostnuh u jekk hemm bżonn inżiduh." Ikkonkluda b'kelma ta' fiduċja fil-Kunsill Lokali li ser ikun qed juża l-fondi allokati biex iwettaq dan il-proġett filwaqt li sostna li proġetti bħal dawn ser jibqgħu jsibu l-appoġġ neċessarju.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Bormla, Marco Agius, laqa' b'sodisfazzjon dan l-investiment u rringrazzja lill-Gvern għall-appoġġ kontinwu lejn il-lokalità. Huwa enfasizza kif dan il-proġett ilu mixtieq mir-residenti u se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-qalba tal-komunità, filwaqt li jsaħħaħ l-identità u l-attraenza ta' Bormla.

Permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, il-Gvern qed jerġa' jikkonferma li l-investiment fil-lokalitajiet huma prijorità ċara, b'ħidma li qed issir id f'id mal-Kunsilli Lokali biex jitwasslu riżultati konkreti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Terġa’ tingħata l-ħajja Pjazza Karmenu Mifsud Bonnici f’Bormla
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow