Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali tippreżenta r-rapport annwali għas-sena 2025

pr260621
Date Icon 15/04/2026

Matul is-sena 2025, l-Awtorità ta' Standards u Ħarsien Soċjali (SCSA) ħarġet mal-200 liċenzja lill-operaturi li jagħtu servizzi ta' kura soċjali fil-komunità. L-irwol ta' din l-awtorità ma jiqafx hawn, hekk kif twettaq ukoll spezzjonijiet fuq il-post.

Infatti, matul is-sena li għaddiet twettqu 1,762 spezzjoni, bil-maġġoranza tagħhom isiru f'dawk li joffru servizzi tad-diżabilità, tat-tfal, tal-vjolenza domestika u oħrajn fil-qasam tal-vizzji. Dan kollu jsir sabiex ikompli jitjieb is-servizz offrut, għaliex wara kull każ, hemm individwu u familja tiegħu li jeħtieġu sapport u attenzjoni kontinwa.

Fl-istess waqt matul din is-sena l-Awtorità pproċessat 41 applikazzjoni għal adozzjoni, u ġew finalizzati 13-il adozzjoni mill-qrati Maltin kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn matulha ġie ppreżentat ir-rapport annwali għas-sena 2025. Sena fejn rat aktar regolamentazzjoni, interventi u pjanijiet sabiex jissaħħaħ kull servizz soċjali offrut f'pajjiżna.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon faħħar il-ħidma li twettaq l-Awtorità sabiex dejjem issaħħaħ il-livell offrut, li minnu jgawdu l-klijenti. ''Din l-awtorità se tkompli tingħata kull awtonomija sabiex tiddeċiedi fl-aħjar interess tal-individwu. Mhux qed nagħmlu dan sabiex indejqu lill-operaturi, iżda sabiex naraw li jingħata l-aqwa servizz possibbli fil-ħin," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv tal-SCSA, Ruth Sciberras spjegat kif infetħu 20 investigazzjoni sabiex jistabbilixxu nuqqasijiet serji f'ċerti servizzi. ''Importanti li fejn hemm nuqqasijiet, naraw rieda ta' koperazzjoni mal-Awtorità sabiex l-istandards ikomplu jissaħħu," temmet tgħid il-Kap Eżekuttiv Ruth Sciberras.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali tippreżenta r-rapport annwali għas-sena 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali tippreżenta r-rapport annwali għas-sena 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-Awtorità ta’ Standards u Ħarsien Soċjali tippreżenta r-rapport annwali għas-sena 2025
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow