STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-Aġenzija Żgħażagħ b'workshop għall-organizzazzjonijiet tal-festa biex ifasslu 'Safe Operations Policies' għat-tisħiħ fl-operat b'risq iż-żgħażagħ
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien ma' Aġenzija Żgħażagħ, laqqgħu lill-benefiċjarji tal-iskema BOOST li jaħdmu fil-qasam tal-festi f'Malta u f'Għawdex.
Din il-laqgħa serviet biex tagħti bidu għal proċess fejn dawn l-għaqdiet volontarji jiġu appoġġjati biex jiżviluppaw Safe Operations Policy, bil-għan li s-sigurtà u l-benesseri taż-żgħażagħ voluntiera jkunu dejjem fuq quddiem nett. L-għan huwa li l-għaqdiet isaħħu l-kapaċità organizzattiva tagħhom permezz ta' strutturi ċari u ppjanar proattiv.
Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li, “L-għaqdiet tal-festa huma pjattaforma imprezzabbli fejn iż-żgħażagħ jiżviluppaw sens ta' responsabbiltà u jitgħallmu ħiliet ġodda. Permezz ta' dawn l-inizjattivi, il-Gvern qed jiżgura li l-ħidma volontarja fil-festi Maltin tibqa' tkun esperjenza ta' formazzjoni b'saħħitha, professjonali u, fuq kollox, sigura għall-ġenerazzjonijiet futuri."
Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma, enfasizzat l-importanza ta' dan l-ispazju ta' tagħlim. Filwaqt li Justine Azzopardi, Youth Worker fi ħdan Aġenzija Żgħażagħ sostniet, “Permezz ta' dan il-workshop, qed noħolqu spazju strutturat fejn l-organizzazzjonijiet jistgħu janalizzaw ir-riskji u jfasslu proċeduri addattati għalihom. Il-prijorità tagħna hija li ż-żgħażagħ mhux biss ikunu spettaturi, iżda protagonisti fit-tiswir tat-tradizzjonijiet tagħna."
Iż-żgħażagħ preżenti rċevew ukoll informazzjoni mill-Eurodesk dwar opportunitajiet ta' fondi Ewropej li jistgħu jkomplu jgħinu lill-għaqdiet tagħhom jikbru u jħallu impatt pożittiv fil-komunità.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN