Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-aħħar tħejjijiet għall-Agri Fair 2026

pr260614
Date Icon 14/04/2026

Il-Ministru Anton Refalo flimkien mas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, żaru l-aħħar tħejjijiet għall-Agri Fair 2026, li se ssir fil-Malta Fairs & Conventions Centre, Ta' Qali bejn il-Ġimgħa 17 u l-Ħadd 19 ta' April 2026.

Matul din iż-żjara, il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari ġew infurmati dwar il-progress estensiv li qed isir sabiex dan l-avveniment nazzjonali jittella' bl-ogħla standards, b'parteċipazzjoni wiesgħa minn diversi stakeholders fis-setturi tal-agrikoltura, is-sajd, l-akwakultura u l-industrija tal-ikel.

L-Agri Fair 2026 se tiftaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa 17 ta' April 2026 bi żjara mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, u se tinkludi programm mifrux fuq tlett ijiem mimli attivitajiet edukattivi, konferenzi, diskussjonijiet, wirjiet u inizjattivi kulturali u gastronomiċi.

Waqt l-Agri Fair 2026, fost oħrajn, se jkun hemm it-tnedija ta' White Paper dwar il-futur tal-agrikoltura, sessjonijiet dwar is-sajd u l-akwakultura, diskussjonijiet dwar innovazzjoni u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu, kif ukoll attivitajiet għal familji u żgħażagħ li jippromwovu l-għarfien dwar il-prodott lokali u l-wirt rurali Malti.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo qal li l-Agri Fair hija pjattaforma nazzjonali importanti li tgħaqqad flimkien lill-produtturi, lill-operaturi fis-settur u lill-pubbliku ġenerali, filwaqt li tkompli ssaħħaħ il-viżjoni tal-Gvern għal settur agrikolu u marittimu aktar modern, sostenibbli u kompetittiv.

Huwa saħaq li avvenimenti bħal dan juru b'mod ċar l-investiment kontinwu fil-kwalità u fl-innovazzjoni, u l-impenn biex jissaħħu l-opportunitajiet għall-bdiewa, għas-sajjieda u għall-operaturi kollha involuti.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li l-Agri Fair 2026 se tkun esperjenza edukattiva u interattiva għall-familji kollha, u opportunità biex il-pubbliku jersaq aktar qrib is-setturi li jiffurmaw parti importanti mill-ekonomija u l-identità ta' Malta. Hija żiedet li l-Agri Fair saret parti mill-kalendarju tal-Maltin u l-Għawdxin u tattira eluf kbar ta' nies. Fl-aħħar edizzjoni żaru l-fiera madwar 60,000 persuna.

“Din l-attività hija ċelebrazzjoni tal-kultura Maltija u pjattaforma importanti biex jiżdied l-għarfien dwar is-sagrifiċċju u l-ħidma ta' kuljum tal-bdiewa u s-sajjieda, filwaqt li tkompli tippromwovi l-prodott lokali. Nistieden lill-familji Maltin u Għawdxin biex jingħaqdu għal din l-attività sabiex flimkien jiċċelebraw ix-xogħol siewi tas-settur agrikolu u tas-sajd, filwaqt li jkomplu jħeġġu lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ japprezzaw aktar il-prodott lokali," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-aħħar tħejjijiet għall-Agri Fair 2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-aħħar tħejjijiet għall-Agri Fair 2026
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow