Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 17-il pajjiż jieħdu sehem fl-Artistic Swimming National Championships li saru fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex

PR260609
Date Icon 14/04/2026


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri attenda għall-Artistic Swimming National Championships li ttellgħu bejn it-8 u t-12 ta' April 2026 fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex.

Il-Ministru Camilleri stqarr li “220 atleta u uffiċjali minn 17-il pajjiż differenti minn madwar d-dinja għażlu hawnhekk għal ħamest ijiem sħaħ ta' kompetizzjonijiet li ttellgħu fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku. Dawn il-kompetizzjonijiet li kienu miftuħa għall-pubbliku attiraw ukoll aktar turiżmu sportiv lejn din il-gżira. Bħala Ministeru nibqgħu kommessi li nissapportjaw avvenimenti bħal dawn sabiex Għawdex ikompli jitniżżel fuq il-mappa sportiva dinjija u jattira lejh aktar kompetizzjonijiet ta' livell internazzjonali."

Din kienet ir-raba' darba li qed tittella' din il-kompetizzjoni prestiġjuża u l-ewwel darba f'Għawdex. Dawn il-kampjonati offrew wirja mill-aqwa ta' preċiżjoni, saħħa u arti fl-ilma, bil-kompetizzjonijiet baqgħu għaddejjin mill-Ħamis sal-Ħadd li għadda.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li bit-talent internazzjonali li ngħaqad fil-gżira Għawdxija għall-kompetizzjonijiet tal-artisic swimming, l-avveniment kien wieħed mill-avvenimenti sportivi ewlenin tal-ġimgħa, kif ukoll mument importanti ħafna għall-għawm artistiku lokali.

Ritratti: MGP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 17-il pajjiż jieħdu sehem fl-Artistic Swimming National Championships li saru fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 17-il pajjiż jieħdu sehem fl-Artistic Swimming National Championships li saru fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 17-il pajjiż jieħdu sehem fl-Artistic Swimming National Championships li saru fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 17-il pajjiż jieħdu sehem fl-Artistic Swimming National Championships li saru fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow