Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sessjonijiet b’xejn tal-atletika għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf

PR260603
Date Icon 13/04/2026

It-tfal li jgħixu fil-Kottonera se jerġa’ jkollhom l-opportunità li matul is-sajf li ġej jattendu sessjonijiet ta’ taħriġ b’xejn fl-atletika fil-Kulleġġ De La Salle. Dawn is-sessjonijiet se jiffukaw fuq il-ġiri, il-qbiż u dixxiplini oħra, bil-għan li dawn it-tfal jitħarrġu u jtejbu l-ħiliet fl-atletika. 

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli waqt l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Fondazzjoni Kottonera, rappreżentata miċ-Chairperson Joe Mizzi u l-La Salle Athletics Club, irrappreżentat minn Tara Abdilla. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli sostniet li kull ma jmur il-Fondazzjoni Kottonera qed tieħu rwol ċentrali u importanti fil-ħajja komunitarja tal-ibliet ta’ Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara. 

“Fil-Kottonera l-ħidma tal-kunsilli lokali, li huma ferm attivi, qed tiġi kkumplimentata mill-ħidma u l-inizjattivi ta’ din il-fondazzjoni, li qed tkun ta’ spalla għal dawn il-kunsilli. Sodisfatti li għal darb’oħra l-Fondazzjoni qed taħseb f’attivitajiet fiżiċi mmirati b’mod partikolari għat-tfal, dan sabiex minn età żgħira nrawmu d-dixxiplina sportiva fit-tfal tagħna u sussegwentement jgħixu ħajja aktar b’saħħitha. Din il-fondazzjoni qed tkun il-kollaboratur ewlieni bejn dawn il-kunsilli sabiex jittieħed approċċ ħolistiku f’dak kollu li jagħmlu dawn il-kunsilli,” qalet is-segretarju parlamentari. 

Is-segretarju parlamentari temmet tgħid li din hija inizjattiva oħra li hija xhieda tal-importanza li l-Gvern qed jagħti l-isports u l-attività fiżika. 

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi, qal li din l-inizjattiva qed tingħaqad ma’ kullana ta’ inizjattivi oħra li din il-Fondazzjoni qed tagħmel. “L-inizjattivi tagħna jvarjaw minn dawk kulturali, soċjali u sportivi bil-għan li n-nies tal-Kottonera jkollhom attivitajiet ta’ kwalità u livell għoli fil-Kottonera stess. Din id-darba morna lil hinn mill-attivitajiet u inizjattivi tas-soltu, u għal darb’oħra qed naħsbu fit-tfal tagħna permezz ta’ inizjattiva sportiva li permezz tagħha qed nesponuhom għad-dinja tal-atletika,” temm jgħid Joe Mizzi. 

Min-naħa tagħha, Tara Abdilla, tal-La Salle Athletics Club, qalet li huma sodisfatti b’din l-inizjattiva għaliex se jkunu qed jagħtu lura xi ħaġa lill-komunità li joperaw fiha, jiġifieri dik tal-Kottonera. 

Is-sessjonijiet se jsiru matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa bejn is-18:30 u t-20:00, fil-Kulleġġ De La Salle. Is-sessjonijiet se jkunu miftuħa għal dawk l-istudenti li jattendu l-iskejjel primarji ta’ Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sessjonijiet b’xejn tal-atletika għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sessjonijiet b’xejn tal-atletika għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Sessjonijiet b’xejn tal-atletika għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow