Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat spazju miftuħ ġdid fil-Birgu flok sit li kien jintuża biex jinħażen iż-żejt

pr260573
Date Icon 08/04/2026

Sit li għal snin twal kien jintuża bħala depot taż-żejt fil-Birgu, illum ġie ttrasformat fi ġnien pubbliku għall-komunità.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Gino Cauchi, is-Sindku tal-Birgu John Boxall u membri oħra tal-Kunsill Lokali, inawguraw dan il-ġnien ġdid fil-Birgu—spazju miftuħ modern u sostenibbli mfassal biex iservi l-komunità u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u n-nies tal-madwar. 

Il-proġett jikkonsisti f’ġnien ta’ madwar 1,500 metru kwadru b’passaġġi bejn flora Mediterranja, bankijiet u mwejjed tal-piknik, kif ukoll spazji dellija taħt siġar tal-arżnu. Il-ġnien huwa mfassal biex jospita wkoll attivitajiet komunitarji u laqgħat soċjali. Il-proposta ġiet imfassla b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu biex tirrifletti l-bżonnijiet tar-residenti.

Dan is-sit għandu storja sinifikanti, hekk kif oriġinarjament kien parti mill-fortifikazzjonijiet taż-żmien il-Kavallieri. Taħt il-ħakma Brittanika, il-hornworks esterni twaqqgħu biex jinbena depot taż-żejt mal-baħar. Wara li dan id-depot ma baqax jintuża, tneħħa fl-2010 u ż-żona baqgħet mitluqa, u spiċċat tintuża b’mod abbużiv. 

B’rispett lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jitnaqqas il-konsum tal-ilma, il-ġnien jinkludi sistema li tgħin biex tinżamm l-umdità u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-manutenzjoni. Barra minn hekk, se jintuża ilma minn nixxiegħa li ġiet skoperta waqt proġett preċedenti fix-Xewkija, li issa qed jiġi trasferit lejn ġibjuni fil-ġnien.

Fil-qalba tal-proġett hemm arena ovali ta’ 400 metru kwadru, maħsuba biex tilqa’ attivitajiet, avvenimenti u inizjattivi edukattivi għall-pubbliku.

“Dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif nistgħu nittrasformaw spazji li għal snin twal kienu mitluqa jew użati b’mod mhux xieraq, f’żoni li jagħtu valur lill-komunità. Il-Birgu għandu storja rikka u identità unika, u għalhekk kien importanti li noħolqu spazju li jirrispetta dan il-wirt filwaqt li jindirizza l-bżonnijiet tal-lum u tal-futur. Dan il-ġnien se jservi bħala post ta’ mistrieħ u rikreazzjoni, u bħala ċentru għal attivitajiet soċjali, edukattivi u kulturali li jsaħħu l-għaqda fil-komunità. B’dan il-proġett qed inkomplu nippromwovu l-element sostenibbli, fejn qed nagħmlu użu għaqli mir-riżorsi naturali, innaqqsu l-konsum tal-ilma u nagħżlu pjanti adattati għall-klima tagħna. Dan huwa l-mod kif irridu nkomplu naħdmu;  b’viżjoni ċara li tgħaqqad l-ambjent, il-komunità u l-kwalità tal-ħajja. Nirringrazzja lill-GHRC u lill-Kunsill Lokali tal-Birgu għall-impenn u l-kollaborazzjoni tagħhom biex dan il-proġett seta’ jitwettaq b’suċċess,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. 

“Qegħdin nimmarkaw it-tlestija ta’ dan il-proġett u għaddejnih lill-komunità tal-Birgu b’responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Ftit tax-xhur ilu dan il-post kien għadu mimli b’dgħajjes imkissrin u vetturi oħra mitluqin, u l-komunità talbet li niżviluppaw ġnien għall-użu tagħhom u għal dawk kollha li jiġu jippassiġġaw f’dawn in-naħat b’aspett li jkollhom ukoll fejn jużawh għall-attivitajiet soċjali aktar tal-massa. Fuq kollox, lestejna ħolqa oħra fil-ħsieb li dejjem kellna, li l-kosta fid-dawra tal-Kottonera min-naħa tal-Esplora sal-Ġnien tal-Gardjola tal-Isla, nagħmluh xatt wieħed ta’ kważi 4 kilometri—medda ta’ mixja li nisperaw li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jiġu u jkomplu jgawduha f’ambjent li jixirqilhom,” qal Gino Cauchi. 

Is-Sindku tal-Birgu John Boxall qal li, “Illum nistgħu ngħidu li dik iż-żona li kienet abbandunata, f’forma ta’ scrapyard, illum ġiet ittrasformata. Illum saret ġnien pubbliku li jista’ jitgawda min-nies tal-madwar.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat spazju miftuħ ġdid fil-Birgu flok sit li kien jintuża biex jinħażen iż-żejt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat spazju miftuħ ġdid fil-Birgu flok sit li kien jintuża biex jinħażen iż-żejt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat spazju miftuħ ġdid fil-Birgu flok sit li kien jintuża biex jinħażen iż-żejt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat spazju miftuħ ġdid fil-Birgu flok sit li kien jintuża biex jinħażen iż-żejt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow