Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-proġett ‘MINDS’ biex pajjiżna jkun fuq quddiem nett fir-riċerka dwar il-Parkinson’s

pr260572
Date Icon 08/04/2026

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda l-proġett “MINDS”, inizjattiva ta’ riċerka bijomedika fl-Università ta’ Malta mmirata biex tittrasforma l-kura u l-għarfien dwar il-kundizzjoni tal-Parkinson’s f’pajjiżna.

B’investiment ta’ €150,000, il-proġett “MINDS” mhuwiex biss studju xjentifiku, iżda pass kuraġġuż biex Malta tkun spalla ma’ spalla mal-aqwa ċentri Ewropej fl-eċċellenza medika. Din ir-riċerka, taħt it-tmexxija tal-Professur Neville Vassallo, għandha l-għan li twassal għal għarfien akbar u tpoġġi l-pedament għal mediċini ġodda xprunati mit-talent lokali. Din l-inizjattiva tikkumplimenta s-servizzi li l-Gvern diġà joffri, bħal mediċini b’xejn u interventi kumplessi bħad-Deep Brain Stimulation.

Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li dan il-proġett huwa xhieda tal-ħidma li qed issir fir-rigward ta’ kundizzjoni li tmiss il-ħajja ta’ madwar 3,000 persuna f’Malta. “Il-viżjoni tagħna għall-futur hija waħda ċara: li l-qasam tal-Life Sciences u s-Saħħa isir pilastru li fuqu nibnu l-futur ta’ gżiritna bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050. Permezz ta’ dan il-proġett, qed ninvestu fl-eċċellenza u qed inrawmu riċerkaturi żgħażagħ Maltin billi nagħtuhom iċ-ċavetta biex jiftħu l-bibien għal soluzzjonijiet mediċi ġodda.”

Adrian Casha, ambaxxatur għall-Parkinson’s f’Malta u Deputy Chairman ta’ Step Up For Parkinson’s, qasam l-esperjenza personali tiegħu u r-realtà ta’ min jgħix b’din il-kundizzjoni. Huwa spjega kif minkejja l-isfidi fiżiċi u l-istigma li kultant għadha teżisti fis-soċjetà, ir-riċerka u t-teknoloġija qed jagħmlu differenza kbira. “Minn qalbi nawgura li r-riċerka MINDS tiftaħ orizzonti ġodda sabiex persuni bil-Parkinson’s jistgħu jgħixu ħajja aħjar. Il-gratitudni tiegħi tmur lejn il-Gvern talli permezz ta’ dawn il-fondi, il-Professur Vassallo u t-tim tiegħu se jkunu jistgħu jkomplu bl-istudju u t-tiftix dedikat tagħhom.”

Min-naħa tiegħu, il-Professur Neville Vassallo, l-investigatur prinċipali tal-proġett, enfasizza l-importanza tar-riċerka bijomedika f'pajjiżna. Huwa spjega li proġetti bħal "MINDS" huma essenzjali biex jifhmu l-mekkaniżmi tal-kundizzjoni fuq livell molekulari, li huwa l-ewwel pass kruċjali biex jiġu żviluppati trattamenti aktar effettivi u personalizzati għall-pazjenti Maltin.

Il-proġett “MINDS” qed jitnieda hekk kif id-dinja qed tħejji biex tfakkar il-Jum Dinji tal-Parkinson’s fil-11 ta’ April. Dan l-investiment huwa prova tal-impenn kontinwu tal-Gvern biex joffri tama ġdida u sostenn sħiħ lill-pazjenti u lill-familji tagħhom, filwaqt li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru ta’ innovazzjoni u riċerka ta’ livell dinji.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-proġett ‘MINDS’ biex pajjiżna jkun fuq quddiem nett fir-riċerka dwar il-Parkinson’s
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-proġett ‘MINDS’ biex pajjiżna jkun fuq quddiem nett fir-riċerka dwar il-Parkinson’s
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment fil-proġett ‘MINDS’ biex pajjiżna jkun fuq quddiem nett fir-riċerka dwar il-Parkinson’s
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow