Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa' mar-residenti f'Dar Shalom fl-10 anniversarju mill-ftuħ tagħha

PR260561
Date Icon 07/04/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, żar Dar Shalom fiż-Żurrieq, fejn iltaqa' mar-residenti fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill-ftuħ ta' din id-dar, li matul is-snin kompliet tissaħħaħ bħala spazju ta' kura, għożża u appoġġ għal persuni b'diżabilità.

Dar Shalom tilqa' sa massimu ta' ħames persuni b'diżabilitajiet differenti f'ambjent sigur, dinjituż u li huwa ta' familja. Din ir-residenza hija frott ta' sħubija bejn l-Aġenzija Sapport u d-Dar tal-Providenza u tifforma parti minn numru ta' djar residenzjali għall-persuni b'diżabilità mifruxa madwar il-pajjiż. Din hi parti integrali mill-politika tal-Gvern li flimkien ma' għaqdiet volontarji jkompli jinvesti f'mudelli ta' għajxien indipendenti fil-komunità.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela kellu l-opportunità jdur il-faċilitajiet u jara mill-qrib l-ambjent li fih dawn ir-residenti jgħixu. Huwa tkellem magħhom dwar l-esperjenza tagħhom f'din ir-residenza, kif ukoll dwar l-importanza li persuni b'diżabilità jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti u jkunu jistgħu jintegraw fil-komunità. Waqt din il-laqgħa ħarġet ċara l-importanza li dawn is-servizzi jibqgħu jinbnew fuq mudell li jqiegħed lill-persuna fiċ-ċentru, filwaqt li jsaħħaħ il-valuri tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, kif ukoll is-Sindku taż-Żurrieq, Rita Grima.

Ritratti (OPM)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa' mar-residenti f'Dar Shalom fl-10 anniversarju mill-ftuħ tagħha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa' mar-residenti f'Dar Shalom fl-10 anniversarju mill-ftuħ tagħha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa' mar-residenti f'Dar Shalom fl-10 anniversarju mill-ftuħ tagħha
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow