Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk

pr260558
Date Icon 06/04/2026

Żona ta' madwar 6,500 metru kwadru se tinbidel f'żona t'afforestazzjoni

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mat-tim ta' Project Green u s-Sindku ta' Marsaxlokk Steven Grech flimkien ma' membri oħra tal-Kunsill Lokali, żaru Ġnien ta' Kalċi (Kavallerizza) f'Marsaxlokk fejn ħabbru x-xogħlijiet fuq dan il-proġett ta' riġenerazzjoni ambjentali.

B'investiment ta' aktar minn miljun ewro, żona ta' madwar 6,500 metru kwadru, qed tiġi riġenerata bħala parti minn sforzi akbar fit-tisħiħ t'infrastruttura f'żoni urbana.

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet fuq l-importanza ta' dawn il-proġetti fejn jindirizzaw sfidi ambjentali.  Dan il-proġett huwa mmirat biex isaħħaħ il-bijodiversità fejn permezz ta' dan il-proġett qed jara li jkun hemm żieda t'aktar insetti. Permezz ta' restawr naturali, dan il-proġett se jwassal għal ekosistema b'saħħitha u reżiljenti. “Illum qed naraw l-implimentazzjoni ta' numru ta' proġetti, propju Ġnien ta' Kalċi huwa wieħed mis-16-il proġett fil-kommunitajiet grazzi għall-iskema Community Greening Grant. Dawn il-proġetti kienu possibbli grazzi għal Kunsilli Lokali u għaqdiet ambjentali, fejn ġew bi proposti, u llum qed naraw dawn il-proġetti jieħdu l-ħajja," rrimarkat il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi, qal: “Ġnien ta' Kalċi huwa eżempju ċar ta' kif il-fondi Ewropej jistgħu jgħinu biex inħarsu u nsaħħu l-ambjent tagħna. B'investiment ta' aktar minn miljun ewro dan il-post qed jinbena biex ikun spazju naturali mħares, li jżomm u jivalorizza l-bijodiversità, u fl-istess ħin jipprovdi ambjent miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd. Huwa proġett li verament jgħin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u nippromwovu ambjent aktar sostenibbli għall-futur."

Apparti l-benefiċċji ekoloġiċi, il-proġett għandu l-għan li jimitiga t-tibdil fil-klima. Bl-introduzzjoni ta' veġetazzjoni li se jassorbu l-karbonju f'din iż-żona. Dan it-tħawwil se jwassal għal madwar 2,800kg addizzjonali ta' CO2 fis-sena u b'hekk mhux biss ikunu qed jonqsu l-emissjonijiet iżda tkun qed titjieb il-kwalità tal-arja tar-residenti.

Tristjan Nikolic, il-Project Manager f'dan il-proġett rrimarka kif dan il-proġett se jkun  qed jindirizza t-tibdil fil-klima. “F'dan il-proġett, se nkunu qed inħawlu mal-195 siġra u 105 arbuxell, magħżula apposta biex jissaportjaw l-ekosistema lokali u jikkontribwixxu lejn il-mitigazzjoni fit-tibdil fil-klima."

Ġnien ta' Kalċi huwa ffinanzjat permezz tal-Fondi tal-UE tal-Miżura 8.5 u jifforma parti mill-Community Greening Grant Scheme. Bħalissa x-xogħlijiet huma għaddejjin u għandhom l-għan li jagħtu l-ħajja spazju miftuħ li jservi funzjonijiet ekoloġiċi u soċjali f'Marsaxlokk u r-residenti tiegħu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Beda x-xogħol fi Ġnien ta’ Kalċi f’Marsaxlokk
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow