Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Imnedija l-Iskema ġdida Get Qualified allinjata ma’ Viżjoni Malta 2050

pr260556
Date Icon 06/04/2026

Il-Gvern nieda verżjoni ġdida u mtejba tal-iskema Get Qualified, inizjattiva li fl-aħħar snin irreġistrat suċċess sinifikanti u li issa qed tiġi allinjata mal-miri ambizzjużi tal-Viżjoni Malta 2050.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, spjega kif permezz ta' din l-iskema, imħaddma minn Malta Enterprise, il-Gvern se jkompli jinvesti fil-kapital uman billi jappoġġja liż-żgħażagħ u l-ħaddiema biex jiksbu jew itejbu l-ħiliet tagħhom.

“Permezz tal-Get Qualified, qed nagħtu opportunità konkreta lill-ħaddiema biex jinvestu fihom infushom, filwaqt li jibbenefikaw sa 70% rifużjoni f'krediti tat-taxxa fuq l-ispejjeż tal-istudju tagħhom," sostna l-Ministru Schembri.

L-iskema se tibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2030, sabiex tipprovdi stabbiltà fit-tul u ċertezza kemm lill-istudenti kif ukoll lill-industrija.

Modernizzazzjoni biex tilqa' għall-ħtiġijiet tal-ekonomija

L-iskema se tkompli tappoġġja lil dawk eliġibbli li jlestu b'suċċess korsijiet approvati, iżda issa qed tiġi modernizzata biex tirrifletti aħjar ir-realtajiet ġodda tas-suq tax-xogħol u l-bżonnijiet tal-industrija.

Fost l-għanijiet ewlenin tagħha:

  • Allinjament aktar qawwi mal-prijoritajiet ekonomiċi tal-pajjiż
  • Promozzjoni ta' studji relevanti għall-industrija
  • Enfasi fuq suġġetti STEM
  • Integrazzjoni tal-Higher Qualification Scheme

Inċentivi ġodda u aktar b'saħħithom

Bl-iskema l-ġdida:

• L-appoġġ se jibqa' jingħata permezz ta' krediti tat-taxxa fuq spejjeż eliġibbli

• Se jiġi introdott bonus fiskali addizzjonali għal kwalifiki f'oqsma STEM

• Se jingħata appoġġ ukoll għal dawk li jlestu studji ta' livell ta' dottorat

Il-Ministru Schembri żied jgħid li: “Wara t-tnedija tal-Viżjoni Malta 2050, il-pass naturali li jmiss huwa li nibnu forza tax-xogħol b'ħiliet avvanzati. Dan se jippermettilna nżidu l-valur miżjud tal-ekonomija tagħna u ntejbu l-produttività nazzjonali."

Miżuri ġodda biex titnaqqas il-burokrazija u jiżdied l-aċċess

Il-Get Qualified 2026 jintroduċi wkoll diversi titjib importanti:

  • Estensjoni tal-perjodu ta' użu tal-kreditu tat-taxxa għal 15-il sena
  • Possibbiltà li wieħed jibbenefika minn krediti sa erba' korsijiet f'perjodu ta' ħames snin
  • Sistema aktar ġusta bbażata fuq ECTS jew sigħat ta' tagħlim
  • Tnaqqis fil-burokrazija permezz ta' ftehimiet diretti ma' istituzzjonijiet edukattivi

Dawn il-miżuri huma mfassla biex jagħmlu l-iskema aktar aċċessibbli, effiċjenti u allinjata mar-realtajiet tal-edukazzjoni moderna.

Aktar dettalji dwar l-iskema jistgħu jinkisbu minn: https://maltaenterprise.com/GetQualified2026.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Imnedija l-Iskema ġdida Get Qualified allinjata ma’ Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Imnedija l-Iskema ġdida Get Qualified allinjata ma’ Viżjoni Malta 2050
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow