Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita s-semifinali tal-BOV Challenge Cup għall-ewwel darba fl-istorja

pr260555
Date Icon 06/04/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li l-Ministeru ngħaqad mal-MFA u mal-GFA sabiex għall-ewwel darba Għawdex jospita l-logħob tas-semifinali tal-BOV Challenge Cup fil-25 u fis-26 ta' April li ġej.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega kif “L-għan tal-Ministeru f'din il-kollaborazzjoni hija sabiex inkomplu nestendu l-opportunitajiet u l-kompetizzjonijiet għat-timijiet Għawdxin. Hija wkoll vetrina għall-plejers Għawdxin li jikkompetu wkoll ma' timijiet Maltin u fl-istess waqt okkażjoni bħal din isservi ta' spettaklu addizzjonali għall-entużjasti kollha tal-futbol lokali." Huwa awgura lit-timijiet kollha li pparteċipaw f'din il-kompetizzjoni, b'mod speċjali lit-timijiet parteċipi f'dawn is-semifinali li ser jintlagħbu f'Għawdex nhar il-25 u 26 t'April, u ħeġġeġ lis-sapporters kollha tal-futbol Għawdxi u Malti sabiex jiġu bi ħġarhom fil-Gozo Stadium u joħolqu atmosfera mill-isbaħ.

F'dan l-istaġun, anke bis-saħħa ta' din il-kollaborazzjoni, it-timijiet Għawdxin li jimmilitaw fl-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat Għawdxi ddebuttaw f'dan it-tournament. Is-7 timijiet Għawdxin ingħaqdu mas-16-il tim li jiffurmaw iċ-Challenge League. Sa issa dan it-tournament kien bilanċjat ferm, offra logħob sabiħ u kumbattut biex b'hekk issa fis-semifinali li ser jintlagħbu t-tnejn fil-Gozo Stadium, ikkwalifikaw żewġ timijiet Għawdxin u żewġ timijiet Maltin. 

Il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lill-MFA li huma l-organizzaturi ta' dan it-tournament u li ressqu l-proposta sabiex jiġu integrati t-timjiet Għawdxin fiċ-Challenge Cup, kif ukoll lill-GFA li dejjem kienet ta' spalla soda kull meta saret kollaborazzjoni fuq logħob u kompetizzjonijiet fil-Gozo Stadium. Huwa stqarr li “Dan kollu wkoll fl-isfond li fi tmiem il-ġimgħa li ġejja u ta' wara, ser inkunu qed nospitaw logħob mil-Malta Premier League f'Għawdex, kif ukoll numru ta' logħob ta' ħbiberija tal-youths."

Il-Ministru Clint Camilleri tkellem ukoll dwar il-ħidma li qed issir f'dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu sportiv u fakkar f'żewġ maratoni importanti li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin; il-Ġirja t'Għawdex li hija maratona storika li għaliha jattendu mijiet ta' barranin u Maltin, u l-X TERRA World Championship li wkoll ser tkun qed tiġi ospitata f'Għawdex. Huwa rringrazzja wkoll lill-organizzaturi ta' dawn l-kompetizzjonijiet li jkomplu jservu t'ambaxxata għal Għawdex fil-promozzjoni tal-gżira fin-niċċa ta' turiżmu sportiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita s-semifinali tal-BOV Challenge Cup għall-ewwel darba fl-istorja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow