Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Ħatra ta’ Chief AI Officer fis-Servizz Pubbliku

PR260555
Date Icon 17/02/2026

Wara li f'Ottubru li għadda l-Kap tas-Servizz Pubbliku, is-Sur Tony Sultana, ħabbar il-kariga ġdida ta' Chief AI Officer fis-Servizz Pubbliku, u wara proċess kompetittiv ta' għażla, is-Sur Jonathan Gerada qed jinħatar f'din il-kariga.

Is-Sur Gerada għandu aktar minn għoxrin sena esperjenza fit-teknoloġija tal-informatika u oqsma relatati, b'enfasi partikolari fuq it-trasformazzjoni diġitali, teknoloġiji emerġenti u l-governanza. Huwa ssieħeb fis-Servizz Pubbliku 14-il sena ilu u għal għaxar snin okkupa l-kariga ta' Chief Information Officer. Matul il-karriera tiegħu kien protagonist f'inizjattivi strateġiċi tal-ICT kif ukoll f'diversi proġetti marbuta mal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u l-Big Data.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, fisser kif ir-rwol ta' Chief AI Officer se jkompli jsaħħaħ l-istrutturi interni tal-amministrazzjoni pubblika u jservi ta' punt ta' riferiment ċentrali għall-proġetti kollha relatati mal-AI fil-Gvern kollu. Huwa żied li din il-ħatra tirrifletti l-impenn kontinwu tas-Servizz Pubbliku sabiex jadotta teknoloġiji avvanzati b'mod responsabbli, effiċjenti u b'valur miżjud għaċ-ċittadini.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Ħatra ta’ Chief AI Officer fis-Servizz Pubbliku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow