Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi għall-konsultazzjoni pubblika qafas regolatorju ġdid li ser isaħħaħ s-servizzi għall-anzjani

pr260549
Date Icon 02/04/2026

L-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) nediet qafas regolatorju ġdid għall-konsultazzjoni pubblika, bil-għan li jiġu msaħħa s-servizzi għall-anzjani. Għal din it-tnedija kien hemm preżenti l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Ġie spjegat kif dawn l-istandards regolatorji ġew imfassla biex jiżguraw livell għoli ta' kura, protezzjoni u dinjità għall-anzjani li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi. L-istandards huma mqassma fi tliet kategoriji ewlenin li jirriflettu l-livell differenti ta' dipendenza tal-persuni li qed jirċievu s-servizz.

L-ewwel kategorija tikkonċerna s-servizzi residenzjali għal persuni b'dipendenza għolja, b'enfasi fuq is-saħħa personali u soċjali, il-protezzjoni tar-residenti, l-ambjent fiżiku u l-kwalità tas-servizz. It-tieni kategorija tirrigwardja ċ-ċentri ta' kura matul il-jum, fejn tingħata kura adegwata f'ambjent sigur, kif ukoll jiġu organizzati attivitajiet skont il-ħtiġijiet tal-utenti. It-tielet kategorija tindirizza s-servizzi residenzjali għall-anzjani, inkluż dawk bid-dimensja, b'attenzjoni lejn ir-rappreżentanza legali, id-drittijiet tar-residenti, il-pjan ta' kura personali u l-provvista ta' kura medika xierqa.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif l-OPSA hija fdata bir-responsabbiltà li tistabbilixxi, tippubblika u tirrevedi standards regolatorji li jiggarantixxu livell għoli ta' kwalità, sigurtà u rispett lejn id-dinjità tal-persuni li jibbenefikaw minn dawn is-servizzi. “Din ir-responsabbiltà mhijiex biss obbligu legali, iżda impenn morali lejn is-soċjetà kollha. Din il-konsultazzjoni pubblika hija opportunità kruċjali biex nisimgħu l-fehmiet tagħkom, bħala partijiet interessati u bħala ċittadini, sabiex flimkien niżguraw li dawn l-istandards ikunu effettivi, inklużivi u adattati għar-realtajiet attwali u futuri," temm jgħid Dr Abela.

Is-Segretarju Malcolm Paul Agius Galea sostna, “Dawn l-istandards ġodda li qed jitressqu għall-konsultazzjoni pubblika jirriflettu l-impenn kontinwu tal-Gvern li jiżgura li kull persuna anzjana tirċievi kura ta' kwalità, ibbażata fuq rispett, dinjità u bżonnijiet individwali. Huwa proprju għalhekk li qegħdin kontinwament naħdmu biex insaħħu sistema li tpoġġi lill-anzjani fiċ-ċentru tas-servizz u li tkompli tindirizza r-realtajiet li qed jinbidlu fis-soċjetà tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi għall-konsultazzjoni pubblika qafas regolatorju ġdid li ser isaħħaħ s-servizzi għall-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi għall-konsultazzjoni pubblika qafas regolatorju ġdid li ser isaħħaħ s-servizzi għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow