Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Sejħa pubblika għal żewġ maġistrati ġodda

pr260548
Date Icon 02/04/2026

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħareġ sejħa pubblika għal żewġ maġistrati. Din is-sejħa qed issir wara li fl-aħħar jiem intgħażlu żewġ imħallfin ġodda, li t-tnejn li huma kienu jservu ta' maġistrati.

Din iż-żieda tibni fuq id-diversi ħatriet li saru fil-ġudikatura f'din il-leġislatura u li wasslu biex pajjiżna jibqa' jkollu l-akbar ammont ta' imħallfin u maġistrati fl-istorja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard saħaq li din iż-żieda fil-ġudikatura hija prova ċara ta' kemm il-Gvern, b'mod konsistenti, qiegħed jinvesti fis-settur tal-ġustizzja. 

“Din is-sejħa għall-maġistrati ġodda ser tkompli ssaħħaħ il-korp tal-Ġudikatura u tikkumplimenta l-ħidma leġislattiva b'aktar speċjalizzazzjoni fil-Qrati ta' pajjiżna. Kommessi li nkomplu nipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet u sapport amministrattiv biex ikollna ġustizzja li ssir fi żmien raġonevoli," saħaq Dr Attard.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 23 t' April, 2026, sa 12:00pm lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow