Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Bini mill-ġdid u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi toroq importanti fin-Nadur

pr260547
Date Icon 02/04/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet estensivi ta' bini mill-ġdid u restawr ta' ħitan tas-sejjieħ li għaddejjin bħalissa f'diversi toroq importanti fin-Nadur, fosthom Triq ta' Xurdin, Triq ir-Ramla l-Ħamra, Trejqet ta' Xurdin, u Triq l-Inżul tal-Franċiżi. Dawn ix-xogħlijiet għandhom l-għan li jsaħħu l-infrastruttura rurali fin-Nadur, filwaqt li jkomplu jħarsu u jippreservaw il-wirt agrikolu u ambjentali ta' Għawdex.

Il-Ministru Camilleri stqarr li “Dan il-proġett qed jitwettaq b'finanzjament mill-Fondi Ewropej taħt il-Miżura 4.4 tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'investiment ta' kważi €900,000. Permezz ta' dan l-investiment, se jiġu restawrati jew mibnijin mill-ġdid madwar 1.2 kilometri ta' sejjieħ. Dawn huma proġetti importanti, li jistgħu jidhru żgħar, però li jħallu impatt tajjeb ferm fuq l-ambjent tal-madwar, kif ukoll fuq il-viżwal għal dawk kollha li jżuru dawn il-postijiet ta' kampanja madwar il-gżira ta' Għawdex."

Huwa kompla jgħid li dan il-proġett huwa xhieda tal-impenn kontinwu tal-Gvern biex jinvesti fl-ambjent rurali u jħares il-karattru uniku tal-pajsaġġ Għawdxi. II-ħitan tas-sejjieħ huma parti essenzjali mill-identità agrikola tagħna, u permezz ta' dan ix-xogħol qed ikun żgurat li dawn jibqgħu preservati għall-ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li tkompli titjieb l-aċċessibbiltà u s-sigurtà f'dawn iż-żoni.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li dan l-investiment juri kif il-fondi Ewropej qed jintużaw b'mod effettiv biex jissaħħaħ is-settur agrikolu u jiġi mħares l-ambjent naturali ta' Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Bini mill-ġdid u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi toroq importanti fin-Nadur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Bini mill-ġdid u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi toroq importanti fin-Nadur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Bini mill-ġdid u restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi toroq importanti fin-Nadur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow