Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI

pr260546
Date Icon 02/04/2026

Il-Ministru Rumen Dragoș-Nicolae Pîslaru jesprimi sodisfazzjon għall-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi Ewropej f'Malta waqt żjara uffiċjali f'diversi siti infrastrutturali u kulturali

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi laqa' lill-Ministru tal-Investimenti u l-Proġetti Ewropej tar-Rumanija Dragoș-Nicolae Pîslaru waqt żjara uffiċjali f'Malta, li matulha żaru l-proġett shore-to-ship u l-Palazz tal-Gran Mastru.

F'laqgħa li saret, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li “Din iż-żjara tatna l-opportunità li nuru kif Malta qed tuża b'mod effettiv il-Fondi Ewropej sabiex twettaq il-miżuri tal-programm elettorali u twassal għal riżultati konkreti għaċ-ċittadini. Iddiskutejna mhux biss il-proġetti li diġà twettqu, iżda wkoll dawk li għaddejjin bħalissa, b'enfasi fuq investimenti li jippromwovu sostenibbiltà ambjentali u tkabbir ekonomiku. Il-proġett shore-to-ship huwa eżempju ċar ta' kif qed innaqqsu l-emissjonijiet fil-port u ntejbu l-kwalità tal-arja permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea."

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi żied jgħid li dawn il-proġetti jkomplu jsaħħu l-impenn tal-Gvern biex jimplimenta b'mod effikaċi l-programm elettorali permezz ta' investimenti strateġiċi li jħallu impatt pożittiv fit-tul fuq il-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Dragoș-Nicolae Pîslaru rringrazzja lill-Ministru Zrinzo Azzopardi għall-istedina u għall-koperazzjoni, u qal li din iż-żjara kienet opportunità importanti sabiex jara mill-qrib kif il-Fondi Ewropej qed jiġu implimentati f'Malta. Huwa sostna li “Malta qed turi b'mod ċar kif pajjiż jista' jimmassimizza l-benefiċċji tal-finanzjament Ewropew permezz ta' ppjanar strateġiku u implimentazzjoni effettiva. Il-proġetti li rajna, kemm infrastrutturali kif ukoll dawk marbuta mal-wirt kulturali, juru l-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea." Huwa kompla jgħid li l-esperjenza Maltija toffri prattiki tajbin li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal pajjiżi oħra, inkluża r-Rumanija, partikolarment fil-qasam tal-integrazzjoni bejn il-politika pubblika u l-investiment Ewropew.

Matul iż-żjara, iż-żewġ ministri enfasizzaw l-importanza tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-Fondi Ewropej ikomplu jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli, diġitalizzazzjoni u kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini.

Ritratti: MFI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow