Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews

pr260544
Date Icon 02/04/2026

Investiment ta' €4 miljun fit-tisħiħ tan-network tal-elettriku

Investiment ta' €4 miljun fl-estensjoni taċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta' St Andrews saħħaħ b'mod sinifikanti n-network tal-elettriku ta' Malta li fost oħrajn wassal għal żieda fil-kapaċità u r-reżiljenza biex tintlaħaq id-domanda, anke tal-futur, ta' din iż-żona.

Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Inġ Ryan Fava, u s-sindku ta' Pembroke Kaylon Zammit żaru s-sit biex jimmarkaw it-tlestija tax-xogħlijiet.

Il-proġett jinkludi l-installazzjoni ta' transformer ġdid ta' 30MVA, l-estensjoni tas-switchgear biex jgħaqqad man-networks tad-distribuzzjoni ta' 33kV u 11kV, kif ukoll titjib fis-sistema ta' kontroll tas-substation biex tippermetti operat u monitoraġġ kontinwu kuljum, lejl u nhar. Saru wkoll xogħlijiet biex jappoġġjaw l-iżvilupp, b'ippjanar bir-reqqa u miżuri ta' sigurtà biex jiġi żgurat impatt ambjentali minimu fuq iż-żona ta' madwar.

Matul iż-żjara, il-Ministru Miriam Dalli qalet li investiment kontinwu fl-infrastruttura tal-enerġija ta' Malta huwa importanti biex il-pajjiż ikun ippreparat għall-futur. “Dan il-proġett jifforma parti mill-viżjoni fit-tul tagħna biex nimmodernizzaw u nsaħħu n-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku madwar Malta u Għawdex. Permezz tal-pjan ta' disa' snin tal-Enemalta, qed ninvestu f'numru ta' ċentri ġodda tad-distribuzzjoni u qed intejbu l-infrastruttura eżistenti biex niżguraw li nilħqu ż-żieda fid-domanda filwaqt li ntejbu l-affidabbiltà u l-effiċjenza għan-nies," qalet il-Ministru Dalli.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Ryan Fava enfasizza s-sinifikat tal-proġett. “Dan l-investiment saħħaħ il-flessibbiltà u r-reżiljenza tan-network fiż-żona ta' St Andrews u l-madwar. Billi żidna l-kapaċità tat-transformer u tejjibna l-monitoraġġ tas-sistema, qed niżguraw li n-network ikun aktar ippreparat biex jindirizza kemm id-domanda attwali kif ukoll dik futura," qal l-Inġ. Fava.

Is-Sindku ta' Pembroke Kaylon Zammit laqa t-tlestija tax-xogħlijiet, filwaqt li enfasizza l-importanza ta' infrastruttura tal-enerġija affidabbli għat-tisħiħ kontinwu tal-lokalità.

L-estensjoni taċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta' St Andrews se jkollha rwol ewlieni biex tappoġġja l-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-enerġija f'Malta, filwaqt li żżomm standards għoljin ta' sigurtà, effiċjenza operattiva u responsabbiltà ambjentali.

Ritratti: MEEC

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Titlesta l-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' St Andrews
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow