Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza

PR260542
Date Icon 01/04/2026

Il-Ministru Dalli tirringrazzja lill-ħaddiema wara li reġa’ beda jopera l-ewwel interconnector hekk kif intefa b’mod pjanat biex ikomplu x-xogħlijiet fuq it-tieni interconnector

L-ewwel interconnector (IC1) ġie mixgħul b’mod sigur wara li tlestew l-interventi tekniċi meħtieġa fit-Terminal Station ta’ Ragusa, fi Sqallija. Ix-xogħlijiet, li jirrappreżentaw pass ieħor ’il quddiem fl-iżvilupp tat-tieni interconnector (IC2), twettqu filwaqt li nżammet l-istabbiltà sħiħa tas-sistema tal-elettriku nazzjonali.

Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli rringrazzjat lill-ħaddiema għax-xogħol li sar b’suċċess kemm minn Enemalta plc kif ukoll minn Interconnect Malta (ICM). Ix-xogħol ġie kkoordinat minn Enemalta, Interconnect Malta, Terna Energy Solutions u l-Operatur tas-Sistema tat-Trażmissjoni Taljana.

“Li nżommu l-istabbiltà tal-elettriku nazzjonali hija dejjem prijorità għalina waqt dawn ix-xogħlijiet, u li din tinkiseb mhijiex ħaġa żgħira. Is-servizz diliġenti u professjonali ta’ dawn it-timijiet tekniċi assigura li dawn ix-xogħlijiet kumplessi ġew finalizzati fil-perjodu stipulat, filwaqt li ngħatat prijorità lis-sigurtà u l-affidabilità tas-sistema,” qalet il-Ministru Dalli.

Kif tħabbar is-Sibt li għadda, l-intervent skedat talab is-sospensjoni temporanja tal-IC1 sabiex ikun jista’ jsir ir-rerouting tal-cables tal-kontroll bi preparazzjoni għax-xogħlijiet fuq il-pedamenti għal hybrid switchgear ġdid ta’ 220kV. Dan it-tagħmir huwa importanti għall-implementazzjoni tal-IC2, billi jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa biex jiġi konness shunt reactor li ser itejjeb ir-reżiljenza taż-żewġ interconnectors.

Tul perjodu ta’ jumejn, Enemalta żgurat li n-network nazzjonali baqa’ stabbli u sigur.

Proġetti bħal IC2, li huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) tal-Unjoni Ewropea, huma essenzjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u biex tissokta l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kbira.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ix-xogħol fuq it-tieni interconnector kompla javvanza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow