Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-għaqda volontarja MFOPD b’inizjattiva ta’ riċerka favur persuni b’diżabilità permezz ta’ fondi mill-VOPS

pr260541
Date Icon 01/04/2026

Il-Malta Federation of Organisations Persons with Disability (MFOPD) kompliet issaħħaħ ir-rwol tagħha bħala punt ta' referenza ewlieni għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu ma' u jappoġġjaw persuni b'diżabilità, billi tippromwovi d-djalogu madwar il-prinċipju fundamentali ta' “Xejn Dwarna Mingħajrna".

Permezz ta' inizjattiva riċenti ta' riċerka, l-MFOPD organizzat 16-il focus group li laqqgħu flimkien diversi organizzazzjonijiet rreġistrati magħha. Dawn is-sessjonijiet servew bħala pjattaforma importanti biex jiġu evalwati b'mod kritiku l-prattiċi attwali, jiġu identifikati oqsma fejn hemm bżonn ta' titjib, u jiġi żviluppat ippjanar kollaborattiv għall-futur.


Din ir-riċerka saret grazzi għal finanzjament mill-Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), b'investiment ta' kważi €10,000.


Preżenti għall-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet minn din ir-riċerka kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.

Dan il-proċess ta' konsultazzjoni wassal biex il-partijiet interessati jkunu aktar imsaħħa fil-ħidma tagħhom, b'mod partikolari fl-indirizzar tal-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. L-għan ewlieni jibqa' dak li jissaħħu d-drittijiet, jitjiebu s-servizzi, u tiżdied il-kwalità tal-ħajja kemm tal-persuni b'diżabilità kif ukoll tal-familji tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ġust u ugwali għall-opportunitajiet kollha.


Fid-diskors tagħha, il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “huwa ta' sodisfazzjon għalina li permezz tal-fondi VOPS qed inkomplu ninvestu direttament fis-settur volontarju, sabiex nagħtu vuċi aktar b'saħħitha lill-persuni b'diżabilità u lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Dan l-investiment mhux biss jappoġġja inizjattivi ta' riċerka bħal din tal-MFOPD, iżda jikkontribwixxi wkoll biex jinħolqu politiki u servizzi aktar inklussivi, ibbażati fuq il-bżonnijiet reali tan-nies. B'hekk inkunu qed nibnu soċjetà aktar ġusta fejn kulħadd ikollu aċċess ugwali għall-opportunitajiet."


Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv Mauro Pace Parascandalo, qal kif “il-VOPS apparti proġetti jinkludi wkoll riċerki, li huma importanti ħafna sabiex jinfurmaw b'mod aktar organizzat u xjentifiku lis-settur tal-volontarjat. Għaldaqstant huwa ta' pjaċir li nkomplu naraw aktar għaqdiet li jieħdu din l-opportunità u jimplimentaw riċerki permezz tal-VOPS."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-għaqda volontarja MFOPD b’inizjattiva ta’ riċerka favur persuni b’diżabilità permezz ta’ fondi mill-VOPS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-għaqda volontarja MFOPD b’inizjattiva ta’ riċerka favur persuni b’diżabilità permezz ta’ fondi mill-VOPS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT L-għaqda volontarja MFOPD b’inizjattiva ta’ riċerka favur persuni b’diżabilità permezz ta’ fondi mill-VOPS
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow