Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni Sandra Calleja b’aktar ġid fil-komunità

pr260539
Date Icon 01/04/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-kumpanija The Convenience Shop (Holding) plc f'Ħal Qormi f'okkażjoni li fiha tnediet il-Fondazzjoni Sandra Calleja mill-istess kumpanija.

Din il-fondazzjoni se tkun qed tgħin lis-soċjetà b'mod tanġibbli u tappoġġa inizjattivi relatati mal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, is-sostenibbiltà ambjentali u l-iżvilupp tal-komunità. Din il-fondazzjoni, li tfakkar il-memorja tal-mara ta' fundatur tal-kumpanija, se tkun immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u appoġġata minn Bord ta' Amministraturi.

Il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-inizjattiva ta' The Convenience Shop li jwaqqaf din il-fondazzjoni li permezz tagħha se jsir aktar ġid fil-komunità. Kompla jgħid li dan jixhed il-valuri tal-empatija u s-solidarjetà li l-kumpanija tħaddan.

“Bħala Gvern dejjem qegħdin hemm biex nappoġġaw dawn l-inizjattivi. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva hija karatteristika tal-imprenditur Malti li jkompli jaqsam il-ġid ma' ħaddieħor", tenna Dr Abela.

Matul iż-żjara, il-Prim Ministru ltaqa' mad-diretturi, it-tim eżekuttiv u l-ħaddiema tal-istess kumpanija. It-tmexxija tal-kumpanija spjegat il-ħidma li qed titwettaq u l-investiment li qed isir biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà diġitali, tiżdied l-effiċjenza fl-operat u tkompli titjieb l-esperjenza tal-konsumatur. Kompliet tispjega li bħalissa hemm'il fuq minn 100 ħanut f'aktar minn 50 lokalità madwar Malta u Għawdex.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni Sandra Calleja b’aktar ġid fil-komunità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni Sandra Calleja b’aktar ġid fil-komunità
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni Sandra Calleja b’aktar ġid fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow