Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Se jibda l-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem Għawdex

pr260538
Date Icon 01/04/2026

Ikomplu jittejbu l-ispazji pubbliċi f'Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li se jibda l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Pjazza Madonna ta' Loreto f'Għajnsielem, bil-għan li jittejjeb l-ambjent urban, jiżdied il-livell ta' kumdità għall-pubbliku u tiġi msaħħa l-estetika ġenerali tal-lokalità. Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jsir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u l-Parroċċa tal-istess lokalità.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li l-pjazez huma l-post fejn jiltaqgħu n-nies u ċ-ċentru tar-raħal. “Dan il-proġett huwa parti mill-istrateġija għal Għawdex: Gżira ta' Villaġġi u l-Viżjoni Malta 2050 biex noħolqu spazji pubbliċi moderni, aċċessibbli u ta' kwalità għolja għall-pubbliku kollu. Qed ninvestu f'ambjent li mhux biss ikun sabiħ viżwalment, iżda wkoll funzjonali, sigur u sostenibbli għal kulħadd. Din ir-riġenerazzjoni se tagħti ħajja ġdida lill-pjazza u ssaħħaħ il-qalba soċjali tal-lokalità."

Ix-xogħlijiet se jibdew b'fażi ta' preparazzjoni tas-sit, li tinkludi l-arranġamenti preliminari kollha meħtieġa, protezzjoni tas-sit u koordinazzjoni tal-aċċess, sabiex jinħoloq ambjent sigur u adegwat għall-implimentazzjoni tal-proġett. Fl-istess ħin, se jsiru l-permessi neċessarji, stħarriġ tekniku u verifiki sabiex jiġi żgurat li d-disinn u l-eżekuzzjoni jkunu ta' livell għoli. Il-proġett jinkludi wkoll it-tneħħija ta' elementi eżistenti li jinsabu f'kundizzjoni ħażina jew li mhumiex kompatibbli mal-viżjoni l-ġdida tal-pjazza. Dan se jkun segwit minn xogħlijiet ta' skavar u preparazzjoni tal-art, inklużi interventi relatati ma' servizzi taħt l-art u strutturi ta' sostenn.

Se jitwettqu xogħlijiet biex jiġi żgurat li l-pjazza tkun sostenibbli u reżistenti għaż-żmien. Parti importanti mill-proġett hija l-installazzjoni ta' pavimentar ġdid b'materjali naturali u finituri ta' kwalità għolja, li jtejbu kemm id-dehra kif ukoll l-aċċessibbiltà tal-ispazju. Il-pjazza se tiġi mgħammra b'għamara urbana ġdida u faċilitajiet għall-pubbliku, inklużi bankijiet, bollards u elementi oħra li jtejbu l-użu u l-organizzazzjoni tal-ispazju. Se jiġi installat ukoll bus shelter modern b'disinn modulari u struttura tal-ħġieġ, li jikkontribwixxi għal infrastruttura aktar koordinata. Se jkun hemm ukoll water feature li se saħħaħ l-karattru tal-pjazza. Barra minn hekk, se jsir titjib fis-sistemi tad-dawl u servizzi elettriċi, kif ukoll l-installazzjoni ta' sistemi ta' CCTV biex tiżdied is-sigurtà.

Il-proġett jinkludi wkoll tisbiħ ambjentali permezz ta' pjanti u soft landscaping, akkumpanjat minn sistemi ta' irrigazzjoni, sabiex jinħoloq spazju aktar ħaj u sostenibbli. Ix-xogħlijiet se jiġu konklużi b'interventi finali, ittestjar u kkummissjonar biex jiġi żgurat li l-pjazza tkun operattiva b'mod sħiħ u integrat.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jinvesti fi proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u jippromwovu żvilupp sostenibbli u ppjanar modern.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Se jibda l-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Se jibda l-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Se jibda l-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow