Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

PR260536
Date Icon 01/04/2026


L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli marbuta ma' ġugarell, soft toy forma ta' delfin li ġie pprovdut mill-marka 'Sterimar' u mqassam permezz tal-ispiżeriji f'Malta u Għawdex. Potenzjalment ġiet identifikata kwistjoni ta' sigurtà relatata mal-komponenti tal-għajnejn tal-ġugarell, li jistgħu jinqalgħu u jikkawżaw riskju ta' fgar, partikolarment għat-trabi u t-tfal żgħar. Ittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex titwaqqaf id-distribuzzjoni u biex l-ispiżeriji jiġu infurmati dwar dan. Din l-azzjoni ta' prekawzjoni qiegħda tittieħed bħala miżura ta' sigurtà.

Il-konsumaturi li setgħu rċevew il-prodott imsemmi hawn fuq huma mħeġġa biex immedjatament jieqfu jużawh u jarmu l-ġugarell b'mod sigur. Peress li dan is-soft toy forma ta' delfin tqassam bla ħlas bħala prodott promozzjonali, il-proċess ta' rimedju li huwa normalment assoċjat ma' prodott irtirat mis-suq ma japplikax f'dan il-każ.

Il-konsumaturi huma dejjem imfakkra biex jiċċekkjaw il-pjattaforma Safety Gate qabel jixtru prodotti, sabiex jivverifikaw jekk prodott li jkunu se jixtru ġiex elenkat bħala perikoluż: https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport

Għal mistoqsijiet relatat ma' dan il-prodott, ġentilment ikkuntattjaw lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow