STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imħabbar il-ftuħ ta’ staġun limitat għall-kaċċa fir-rebbiegħa
Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ nhar it-Tnejn 13 ta’ April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tas-summiena. Il-ministeru jħabbar ukoll li l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jiftaħ nhar it-Tnejn 20 ta’ April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tal-gamiema.
Dan wara li, b’referenza għal-Liċenzja Speċjali tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2026, l-Avviżi Legali 80/2026 u 81/2026 li jiddikjaraw l-istaġun tal-kaċċa għas-summien u l-gamiem ġew ippubblikati.
Kull summiena u gamiema li jiġu kkaċċjati waqt l-istaġun miftuħ għall-ispeċi konċernati għandhom jiġu rrappurtati immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.
Il-kwoti nazzjonali huma ta’ 2,400 summiena u 1,500 gamiema. M’hemmx kwoti individwali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN