Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-Proġett VERA: Innovazzjoni Ewropea kontra l-mard newrodeġenerattiv

pr260528
Date Icon 30/03/2026

Ġie mniedi l-proġett VERA, inizjattiva ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm Interreg Italia-Malta, li ser isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn Malta u Sqallija biex jiġu indirizzati sfidi komuni, partikolarment dawk relatati ma' popolazzjoni li qed tixjieħ u mard newrodeġenerattiv bħall-Alzheimer's.

Il-Proġett VERA għandu l-għan li jiżviluppa għodod innovattivi u mhux invażivi li jidentifikaw il-marda tal-Alzheimer's fi stadji bikrin, qabel ma sseħħ ħsara konjittiva serja. Dan qed isir permezz tal-użu ta' teknoloġiji avvanzati bħall-Intelliġenza Artifiċjali, ir-Realtà Virtwali u sensors li jintlibsu, li jkejlu bidliet sottili fil-moviment tal-ġisem.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif id-dimensja għandha impatt sinifikanti mhux biss fuq il-pazjenti iżda wkoll fuq il-familji tagħhom, li ħafna drabi jġorru parti sostanzjali mill-ispejjeż u r-responsabbiltà tal-kura. Tenna kif għalhekk, f'dan il-kuntest, il-prevenzjoni u d-dijanjosi bikrija huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa. “Il-Proġett VERA għandu l-potenzjal li jtejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani u tal-carers tagħhom, billi jippermetti intervent aktar bikri u effettiv," sostna Dr Abela.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, sostna li dan il-proġett juri b'mod konkret kif il-fondi Ewropej qed jiġu investiti f'soluzzjonijiet innovattivi li jagħmlu differenza reali fil-ħajja tan-nies. Huwa spjega li permezz tal-kollaborazzjoni bejn Malta u Sqallija, qed jissaħħu kemm ir-riċerki kif ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda fil-qasam tas-saħħa, li jwasslu għal fehim aħjar tal-kundizzjonijiet u għal kura aktar effettiva u personalizzata għall-pazjenti. Huwa żied li inizjattivi bħal dawn jikkontribwixxu wkoll biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u jiġu appoġġjati l-professjonisti fil-ħidma tagħhom ta' kuljum.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, stqarr li dan il-proġett jirrappreżenta pass importanti 'l quddiem fl-użu tal-innovazzjoni u t-teknoloġija sabiex titjieb Il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani. “Permezz tal-intelliġenza artifiċjali u sensors avvanzati, qed inkomplu nsaħħu d-dijanjosi bikrija tal-marda tal-Alzheimer u nipprovdu kura aktar effettiva u personalizzata. Din il-kollaborazzjoni bejn Malta u l-Italja turi b'mod ċar kemm il-ħidma konġunta u l-investiment fir-riċerka huma essenzjali sabiex nibqgħu nimxu 'l quddiem u nindirizzaw l-isfidi tal-futur, partikolarment f'qasam sensittiv bħall-anzjanità attiva," sostna s-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

Il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa, l-Università ta' Malta, l-Università ta' Kore (Enna), iċ-CNR Parma u l-Università ta' Palermo. Bħalissa qed tibda fażi importanti ta' ġbir tad-data, li se tkun immexxija mill-Università ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-Proġett VERA: Innovazzjoni Ewropea kontra l-mard newrodeġenerattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-Proġett VERA: Innovazzjoni Ewropea kontra l-mard newrodeġenerattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-Proġett VERA: Innovazzjoni Ewropea kontra l-mard newrodeġenerattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tnedija tal-Proġett VERA: Innovazzjoni Ewropea kontra l-mard newrodeġenerattiv
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow