Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR260526
Date Icon 30/03/2026


Il-Gvern jappoġġja l-proġett tad-'dar il-ġdida tal-Malta Premier'

•Proġett biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-futbol Malti u l-esperjenza tas-sapporters u tal-familji

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, ħabbru l-proġett tal-istadium il-ġdid tal-Malta Premier. Din hi inizjattiva li tkompli tibni fuq l-investiment li sar mill-Gvern fl-aħħar snin fl-infrastruttura sportiva.

Fil-preżenza tat-tmexxija tal-Malta Premier, kif ukoll il-Presidenti tal-klabbs li jipparteċipaw f'dan il-kampjonat kien spjegat li l-appoġġ għal dan il-proġett huwa parti minn viżjoni usa' tal-Gvern biex ikompli jinvesti f'infrastruttura sportiva moderna u sostenibbli. Dan għax il-Gvern jirrikonoxxi li l-isport għandu rwol importanti mhux biss fil-kompetizzjoni, iżda wkoll fis-soċjetà, speċjalment fost iż-żgħażagħ.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Byron Camilleri saħaq li dan huwa pass ieħor importanti f'din id-direzzjoni u qal li “Dan il-proġett tal-Malta Premier se jkun ħolqa importanti oħra f'dan l-isforz biex l-infrastruttura sportiva ta' pajjiżna titla' livell ieħor." Huwa żied li stadium mhuwiex biss bini, iżda spazju fejn jinġabru n-nies u fejn jitħaddnu valuri bħad-dixxiplina, l-għaqda u l-fair play.

Huwa sostna li esperjenza aħjar għall-pubbliku hija kruċjali biex aktar nies jersqu lejn il-futbol lokali, u li infrastruttura moderna tista' tagħmel differenza konkreta fil-mod kif il-logħba tiġi segwita u apprezzata. Tenna wkoll li l-għan hu li jinħoloq ambjent fejn il-familji jħossuhom komdi jattendu u fejn il-futbol jkun esperjenza soċjali li tgħaqqad lin-nies.

Kien f'dan il-kuntest li l-Ministru Camilleri spjega li, fejn applikabbli, proġetti ta' dan it-tip jistgħu jkunu appoġġjati wkoll permezz tal-qafas taċ-ċittadinanza bil-mertu. Dan bil-għan li jkunu attirati kontribuzzjonijiet eċċezzjonali li jkomplu jsaħħu u jappoġġjaw is-setturi strateġiċi tal-pajjiż. Fakkar kif mhux l-ewwel darba li l-qafas taċ-ċittadinanza bil-mertu kkontribwixxa lejn is-settur sportiv.

L-istadium il-ġdid huwa maħsub biex jilqa' mhux biss logħob tal-ogħla livell lokali, iżda wkoll biex jilħaq standards meħtieġa għal kompetizzjonijiet internazzjonali, kif rikjesti mill-UEFA, filwaqt li jagħti lill-futbol Malti l-faċilitajiet li tassew jixraqlu. L-istess kumpless sportiv ma huwiex limitat biss għall-futbol, iżda huwa ppjanat bħala spazju multifunzjonali li jista' jilqa' fih sports oħra, fosthom ir-rugby, u attivitajiet sportivi differenti, biex b'hekk jintuża b'mod aktar wiesa' mill-komunità.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima qal li “Dan il-proġett jirrifletti l-impenn tagħna li nkomplu ninvestu kemm fl-atleti tagħna kif ukoll fl-infrastruttura sportiva ta' pajjiżna. Illum Malta għandha reputazzjoni b'saħħitha fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti internazzjonali, u dan huwa frott ta' investiment kontinwu u viżjoni fit-tul."

Il-Ministru Grima sostna li dan l-istadium ġdid se jkun faċilità moderna u sostenibbli li jkompli jagħti aktar opportunitajiet lill-klabbs, lill-komunitajiet u fuq kollox liż-żgħażagħ tagħna. Huwa investiment li jkompli jsaħħaħ il-qasam sportiv f'pajjiżna, filwaqt li jagħraf ukoll il-valur importanti li l-isport għandu fis-soċjetà tagħna.

Iċ-Chairman tal-Malta Premier League, Dr Joseph Muscat, qal “Dan huwa proġett li se jgħin jassigura s-sostenibbiltà tal-futbol Malti għaliex se jagħmel l-esperjenza ta' dawk li jattendu aktar attraenti. Se jkollna ambjent modern u sigur simili għal stadiums moderni barra minn Malta u se tkun ħarġa ġenwina għal familja kollha. Dan il-proġett se jkun id-Dar il-Ġdida tal-Malta Premier, is-simbolu tal-Football Malti."

Dan il-proġett jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fl-isport bħala pilastru importanti tas-soċjetà, b'viżjoni ċara li tgħaqqad infrastruttura aħjar ma' aktar opportunitajiet u parteċipazzjoni. Huwa pass ieħor lejn futur fejn l-esperjenza tal-football tkun aktar moderna, aċċessibbli u ta' kwalità għal kulħadd.

Ritratti: MHSE/MEYR-DOI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, SPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow