Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex magħżul biex jospita l-Kumitat Eżekuttiv tal-International Island Games Association

pr260524
Date Icon 29/03/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri b’sodisfazzjon laqa’ l-aħbar li l-Kumitat Eżekuttiv tal-International Island Games Association b’deċiżjonijiet unanima ddeċieda li l-laqgħa tar-rebbiegħa tiegħu fl-2027 se ssir f’Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Din hija turija sħiħa ta’ fiduċja fil-potenzjal ta’ gżiritina fil-qasam sportiv. Ninsabu onorati li Għawdex se jkun qed jospita laqgħa tassew importanti s-sena d-dieħla.” Huwa kompla jgħid li din hija katina oħra li tifforma parti mill-istrateġija għall-isport f’Għawdex filwaqt li fakkar li “matul dawn l-aħħar snin sar investiment qawwi fl-isport f’Għawdex bit-twettiq tal-Padiljun Sportiv u Akwatiku li kien inawgurat f’Settembru li għadda u li jinkludi fih pixxina Olimpika fost diversi faċilitajiet sportivi oħra ta’ livell internazzjonali.”

Il-Ministru Camilleri qal li din il-faċilità flimkien m’oħrajn f’Għawdex poġġew lill-gżira Għawdxija fuq il-mappa sportiva internazzjonali tant li f’Ottubru tas-sena d-dieħla Għawdex se jospita l-kompetizzjonijiet tan-netball u tat-triathlon matul il-Logħob tal-Commonwealth taż-Żgħażagħ filwaqt li f’Malta se jsiru sitt dixxiplini sportivi oħra.

Għawdex sar membru tal-International Island Games Association fl-2022 u diġà ħa sehem f’żewġ edizzjonijiet ta’ dan il-logħob; f’Guernsey fl-2023 u f’Orkney fl-2025. Bħalissa jinsabu għaddejjin il-preparamenti għall-edizzjoni li jmiss fil-Gżejjer Faroe fl-2027.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kkonkluda billi qal li d-deċiżjoni tal-lum hija pass ieħor ’il quddiem sabiex Għawdex ikompli jersaq eqreb li jorganizza waħda mill-edizzjonijiet futuri tal-International Island Games.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex magħżul biex jospita l-Kumitat Eżekuttiv tal-International Island Games Association
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex magħżul biex jospita l-Kumitat Eżekuttiv tal-International Island Games Association
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow