Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imniedi uffiċjalment Food Truck għall-promozzjoni ta’ ħut lokali

pr260521
Date Icon 29/03/2026

Wara t-tnedija tal-kampanja nazzjonali “Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli”, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, nediet kiosk iddedikat għall-promozzjoni ta’ ħut lokali li mhux daqstant popolari mal-konsumatur.

Din l-inizjattiva qed titmexxa flimkien mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, bħala parti mill-isforzi kontinwi biex jiżdied l-għarfien dwar il-varjetà ta’ ħut li jinsab fil-baħar Malti u biex jiġi mħeġġeġ konsum aktar sostenibbli.

Permezz ta’ dan il-food truck, li se tkun preżenti f’Marsaxlokk kull nhar ta’ Ħadd, il-pubbliku se jkollu l-opportunità jiskopri u jduq ħut frisk maqbud mis-sajjieda, b’enfasi fuq speċi mhux daqstant popolari iżda ta’ kwalità għolja.

Il-food truck se toffri wkoll spazju ta’ informazzjoni u edukazzjoni fejn dawk li jżuruha jistgħu jitkellmu ma’ esperti fis-settur, jitgħallmu aktar dwar dawn l-ispeċi u jifhmu aħjar il-benefiċċji nutrizzjonali u ambjentali tal-konsum ta’ ħut lokali.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said enfasizzat l-importanza li jiġi appoġġat is-settur tas-sajd lokali.

“Meta nagħżlu li nieklu ħut lokali, inkunu qed nappoġġaw direttament lis-sajjieda tagħna. Din l-inizjattiva tgħin biex inżidu d-domanda għal speċi differenti ta’ ħut li apparti hu sustanzjuż hu wkoll affordabli. Fl-istess ħin nibnu futur aktar sostenibbli għall-baħar tagħna,” qalet Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur għas-Servizzi Dennis Sciberras spjega li din il-vettura se tkun mezz effettiv ta’ edukazzjoni, b’mod partikolari fost it-tfal u l-familji, fejn se tkun qed tħeġġeġ konsum aktar varjat u b’saħħtu.

Din l-inizjattiva hija wegħda elettorali oħra li twettqet u hija appoġġata permezz tal-Programm Ewropew għall-Akwakultura, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (EMFAF), li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ is-settur tas-sajd u jippromwovi prattiċi sostenibbli.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imniedi uffiċjalment Food Truck għall-promozzjoni ta’ ħut lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imniedi uffiċjalment Food Truck għall-promozzjoni ta’ ħut lokali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow