Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht

PR260519
Date Icon 28/03/2026

Il-wasla ta’ dan il-jott li jtajjar il-bandiera Maltija isaħħaħ il-viżjoni tal-pajjiż lejn turiżmu reżiljenti tal-ogħla valur

Malta qed tilqa’ l-bastiment prestiġjuż Four Seasons Yacht 1, jott ġdid ultralussuż, hekk kif qed itemm l-ewwel vjaġġ tiegħu bi żjara inawgurali fil-Port il-Kbir.

Il-jott wasal kmieni s-Sibt filgħodu, l-aħħar waqfa tal-ewwel vjaġġ tiegħu – vjaġġ grandjuż ta’ disat iljieli fil-Mediterran, minn Málaga sal-Belt Valletta, b’waqfiet f’destinazzjonijiet esklussivi oħra madwar il-Mediterran.

Wara din iż-żjara inawgurali, il-Four Seasons Yacht 1 se jibda mill-ewwel it-tieni vjaġġ tiegħu, b’passiġġieri ġodda jitilgħu mill-Belt Valletta, bi prezzijiet li jibdew minn madwar €20,900. B’hekk ikompli jsaħħaħ l-irwol ta’ Malta bħala ċentru ewlieni fir-rotta tat-turiżmu lussuż fil-Mediterran, kif ukoll fis-suq mill-aktar profitabbli tal-fly and cruise.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, laqa’ l-wasla tal-jott bħala mument importanti li jkompli jagħmel lil Malta destinazzjoni ewlenija għal turiżmu ta’ valur għoli u reżiljenti. Flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, kif ukoll iċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Charles Mangion u Carlo Micallef, Dr Borg tela’ fuq il-jott għaċ-ċerimonja tal-iskambju tal-plakek ta’ tifkira tal-ewwel żjara, ospitata mir-rappreżentanti lokali tal-Four Seasons Yacht 1, Malta Cruise and Yacht Services Ltd u Mifsud Brothers Ltd.

Iddisinjat bħala lukanda ta’ ħames stilel fuq il-baħar, dan il-jott li jtajjar bandiera Maltija jilqa’ fuqu fost l-aktar vjaġġaturi sinjuri, fosthom klijenti tad-ditta ta’ lukandi lussuża Four Seasons u vjaġġaturi tal-ogħla valur li jfittxu privatezza, spazju u esperjenzi mfassla apposta għalihom. Dan it-tip ta’ turiżmu ultralussuż jirrappreżenta bidla strateġika lejn kwalità aktar milli kwantità, b’nefqa stmata li tista’ tilħaq sa €200,000 għal kull passiġġier, kull vjaġġ.

Il-jott joffri 95 kabini kbar u lussużi, kull waħda b’terrazzin privat b’veduta tal-baħar, li fihom jilqgħu 180 passiġġier, b’180 membru tal-ekwipaġġ, u b’hekk jipprovdi ospitalità personalizzata bi proporzjon ta’ membru wieħed tal-istaff għal kull vjaġġatur abbord. Fuq il-bastiment hemm ukoll ristoranti tal-ogħla livell immexxija minn koki rinomati, kif ukoll faċilitajiet ta’ spa u diversi servizzi oħrajn, flimkien ma’ sistemi abbord immexxija bl-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji ambjentali bl-inqas emissjonijiet.

In-numru limitat ta’ passiġġieri li jista’ jilqa’ l-bastiment jiżgura inqas impatt fuq l-infrastruttura filwaqt li jimmassimizza l-valur ekonomiku u jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta. Il-waqfiet itwal fil-port, inklużi waqfiet ta’ ljieli sħaħ, iżidu wkoll l-opportunitajiet għal esperjenzi kulturali, gastronomiċi u awtentiċi fil-pajjiż fejn ikun sorġut.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg spjega li l-wasla tal-Four Seasons Yacht 1 issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ Malta għal din l-industrija, billi tagħti prijorità lis-sostenibbiltà u lill-valur miżjud. “Dan huwa t-tip ta’ turiżmu li jaqbel mal-ambizzjoni tagħna li nagħmlu lil Malta destinazzjoni tal-ogħla livell, u li toffri esperjenzi awtentiċi, filwaqt li niżguraw tkabbir responsabbli u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-komunitajiet tagħna.”

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, qal li dan il-bastiment jifforma parti mir-Reġistru tal-Vapuri ta’ Malta, u jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ewlenija tal-pajjiż fis-settur globali tas-superyachts. “Ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-jott lussuż issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fuq quddiem nett tal-industrija marittima u tenfasizza r-reputazzjoni tal-pajjiż bħala ġurisdizzjoni affidabbli u robusta, appoġġjata minn professjonisti tekniċi bl-aqwa ħiliet. Il-bastiment huwa mgħammar ukoll biex jitqabbad mas-sistema tal-provvista tal-elettriku minn fuq l-art, li tippermetti operazzjonijiet aktar sostenibbli waqt li jkun fil-port.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Carlo Micallef, spjega li “Dan l-iżvilupp isaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta f’dan il-qasam ta’ turiżmu ultralussuż u joħloq opportunitajiet kbar għal btajjel f’Malta qabel u wara l-vjaġġ fuq il-baħar, u b’hekk trendi minnu l-industrija turistika b’mod aktar wiesa’.” Iċ-Chairman tal-Awtorità, Charles Mangion, żied jgħid li “L-wasla ta’ bastimenti ta’ dan il-livell jaqblu perfettament mal-viżjoni fit-tul biex ngħollu l-profil internazzjonali tagħna, u jiżgura tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-industrija kollha.”

Il-miġja tal-Four Seasons Yacht 1 f’Malta tappoġġja l-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu 2021–2030 billi tavvanza l-għanijiet strateġiċi ewlenin tagħha. Dawn jinkludu t-tisħiħ tas-sostenibbiltà fl-industrija turistika, l-attrazzjoni ta’ viżitaturi li lesti jonfqu aktar, il-promozzjoni ta’ turiżmu bbażat fuq esperjenzi awtentiċi, u iżjed tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni mill-aqwa fuq livell globali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id-Deputat Prim Ministru Borg jilqa’ f’Malta l-jott ultralussuż Four Seasons Yacht
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow