STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma parti mill-pedament tal-Viżjoni Malta 2050 – Waqt l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-fiżjoterapija
Investiment f’evidenza xjentifika biex tittejjeb il-kura tal-pazjenti u l-kwalità tal-ħajja
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-konferenza ‘Celebrating Maltese Physiotherapy: Advances in Clinical Practice’, avveniment organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fi ħdan il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta.
Din il-konferenza, li qed issir għall-ewwel darba, hija pass storiku li juri l-irwol ċentrali tal-professjoni fil-qasam tas-saħħa u joffri pjattaforma unika biex tintwera r-riċerka estensiva minn kandidati tal-MSc u PhD flimkien mal-esperti akkademiċi tad-dipartiment. L-għan ewlieni huwa li l-konferenza tiffaċilita l-iskambju ta' għarfien u tittraduċi s-sejbiet akkademiċi f'azzjoni diretta fil-prattika klinika b’risq il-pazjenti.
Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li, “Permezz ta’ din ir-riċerka qegħdin b’mod dirett inwieġbu għas-sejħa nazzjonali għal ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Hekk kif inħarsu lejn il-Viżjoni Malta 2050, il-kumpass tagħna qed jinbidel biex inkejlu mhux biss it-tkabbir ekonomiku, iżda l-kwalità tal-ħajja u m’hemm l-ebda kwalità ta’ ħajja mingħajr il-benesseri fiżiku li tipprovdi din il-professjoni.” Huwa żied jgħid li dan l-avveniment isaħħaħ il-viżibilità tal-fiżjoterapija bħala dixxiplina integrali fil-ġestjoni ta' mard kroniku u l-promozzjoni tas-saħħa fil-pajjiż.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Università ta’ Malta, Dr John Xerri De Caro, saħaq fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-akkademja u s-settur kliniku. Huwa tenna li, "Din il-konferenza hija lti u Għawdxi."
Matul il-konferenza, ġew ippreżentati diversi proġetti innovattivi, fosthom l-għodda diġitali TERESA għall-anzjani, l-użu tar-Realtà Virtwali fir-riabilitazzjoni, u studji dwar il-kura preventiva li jgħinu biex jitnaqqas il-piż fuq l-infrastruttura tas-saħħa nazzjonali.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-Gvern u l-Università ta’ Malta qed jassiguraw li r-riċerka Maltija mhux biss issegwi t-tendenzi internazzjonali, iżda tmexxihom, filwaqt li tiżgura li l-professjoni tibqa’ pilastru għall-produttività u l-futur tan-nazzjon.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN