Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Servizzi Ewropej f’Malta jfakkru l-ħames anniversarju tagħhom u jniedu l-Policy Unit

pr260516
Date Icon 27/03/2026

Servizzi Ewropej f’Malta fakkru l-ħames anniversarju mit-twaqqif tagħhom b’attività kommemorattiva li matulha tħabbret uffiċjalment it-tnedija tal-Policy Unit, pass ieħor importanti fl-iżvilupp tal-aġenzija biex tkompli ssaħħaħ ir-rabta bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u l-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea.

Għall-okkażjoni attendew il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi, is-Segretarju Permanenti Jonathan Vassallo, flimkien ma’ kapijiet eżekuttivi preċedenti tal-aġenzija, rappreżentanti minn ministeri u entitajiet differenti, kif ukoll kollaboraturi ewlenin ta’ Servizzi Ewropej f’Malta.

L-attività serviet biex tfakkar il-ħidma mwettqa mill-aġenzija sa mit-twaqqif tagħha fil-25 ta’ Marzu 2021, b’missjoni ċara li tressaq l-Unjoni Ewropea eqreb lejn in-nies u tagħmel l-opportunitajiet u l-benefiċċji tagħha aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-għaqdiet f’Malta u Għawdex. Tul dawn il-ħames snin, Servizzi Ewropej f’Malta bniet il-ħidma tagħha fuq tliet pilastri ewlenin: tinforma, tassisti u tinvolvi. 

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li “Servizzi Ewropej f’Malta, f’dawn l-aħħar ħames snin, serviet bħala punt ta’ riferiment essenzjali għal informazzjoni u gwida dwar opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea.” Huwa qal li t-tnedija tal-Policy Unit se tħeġġeġ aktar parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess Ewropew u tkompli ssaħħaħ l-irwol ta’ Malta fl-iżvilupp tal-politika Ewropea. Il-Ministru irringrazzja lit-tim kollu ta’ Servizzi Ewropej f’Malta għall-impenn u l-kontribut tagħhom li wassal sabiex din l-aġenzija rċeviet diversi rikonoxximenti fis-servizz pubbliku.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, Rodrick Zerafa spjega kif “Matul dawn l-aħħar ħames snin, Servizzi Ewropej f’Malta kisbet riżultati konkreti b’aktar minn 35 kampanja tematika, 115-il sessjoni ta’ informazzjoni, aktar minn 2,600 laqgħa ta’ gwida dwar skemi differenti, aktar minn 5,000 mistoqsija mwieġba mill-pubbliku, u aktar minn 700 applikazzjoni sottomessi b’valur li jaqbeż il-€150 miljun.” Huwa kompla billi jgħid kif dawn il-kisbiet huma frott il-ħidma ta’ tim dedikat li jaħdem b’passjoni u professjonalità biex jagħti servizz ta’ kwalità, kif jixhdu wkoll iż-żewġ premjijiet li rebħet l-aġenzija għall-Aqwa Servizz ta’ Kwalità fis-Servizz Pubbliku u għall-Aqwa Servizz ta’ Appoġġ għan-Negozji. 

Il-Kap Eżekuttiv temm jgħid li, “Jekk fl-ewwel ħames snin tagħna ħdimna biex inġibu l-opportunitajiet Ewropej eqreb lejn in-nies, issa l-pass li jmiss huwa li ngħinu biex il-vuċi taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet Maltin tasal b’mod aktar b’saħħtu fl-għola livelli tal-Unjoni Ewropea fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet”. 

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Jonathan Vassallo saħaq fuq l-importanza li Servizzi Ewropej f’Malta tkompli tevolvi skont il-ħtiġijiet tal-pajjiż u taċ-ċittadini. Huwa enfasizza li t-tnedija tal-Policy Unit se tgħin biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea, filwaqt li tibni fuq il-ħidma li l-aġenzija wettqet b’suċċess sa mill-bidu tagħha. 

Matul l-attività ġie spjegat li l-Policy Unit il-ġdid mhux biss se jkun struttura ġdida fi ħdan l-aġenzija, iżda estensjoni naturali tal-missjoni tagħha. Din it-taqsima se taħdem biex ittejjeb l-għarfien dwar il-ħidma tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ informazzjoni aktar sempliċi u aċċessibbli, issaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet Maltin fid-diskussjoni dwar il-politiki Ewropej, tiffaċilita konsultazzjonijiet pubbliċi, u tkompli ttejjeb il-kollaborazzjoni ma’ ministeri, entitajiet u partijiet ikkonċernati rilevanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Servizzi Ewropej f’Malta jfakkru l-ħames anniversarju tagħhom u jniedu l-Policy Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Servizzi Ewropej f’Malta jfakkru l-ħames anniversarju tagħhom u jniedu l-Policy Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Servizzi Ewropej f’Malta jfakkru l-ħames anniversarju tagħhom u jniedu l-Policy Unit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow