Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Ready, Set, Play! fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar

PR260514
Date Icon 27/03/2026

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima żar il-Kulleġġ Maria Reġina, Skola Primarja Patri Felic Sammut, San Pawl il-Baħar, fejn nieda uffiċjalment il-programm “Ready, Set, Play!", inizjattiva li għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ l-attività fiżika fost it-tfal minn età bikrija.

Waqt iż-żjara, il-Ministru enfasizza li l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel Maltin diġà qed tingħata importanza kbira u hija parti integrali mir-rutina ta' kuljum tal-istudenti, filwaqt li l-lezzjoni tal-PE tibqa' l-pedament ewlieni tal-iżvilupp fiżiku tat-tfal.

Il-programm “Ready, Set, Play!" tfassal biex jikkumplimenta dan ix-xogħol, billi jipprovdi aktar opportunitajiet strutturati għat-tfal biex jiċċaqalqu, jiżviluppaw il-ħiliet fundamentali tal-moviment u jgawdu l-attività fiżika b'mod inklussiv u divertenti.

Permezz ta' dan il-programm, l-istudenti qed jipparteċipaw f'sessjonijiet regolari li jiffukaw fuq ħiliet essenzjali bħall-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni, filwaqt li jsaħħu wkoll il-kunfidenza u l-parteċipazzjoni tagħhom.

Il-Ministru Grima rrimarka wkoll li din l-inizjattiva tifforma parti minn viżjoni usa' li tħares lejn edukazzjoni olistika, fejn il-benesseri fiżiku u mentali tat-tfal jingħata l-istess importanza bħat-tagħlim akkademiku.

Barra minn hekk, ġie enfasizzat kif il-programm “Ready, Set, Play!" huwa marbut mal-Malta School Games, li jipprovdu opportunità lill-istudenti biex ikomplu jiżviluppaw fil-qasam sportiv hekk kif jikbru, minn livell ta' parteċipazzjoni għal livell ta' prestazzjoni u eċċellenza.

F'dan il-kuntest, il-Ministru rrefera wkoll għall-kanzunetta uffiċjali tal-Malta School Games, “Logħob li jgħaqqadna", interpretata minn Glen Vella, li tissimbolizza l-għaqda u l-enerġija tal-isport fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-Ministru Grima qal li “Permezz ta' 'Ready, Set, Play!' qed ninvestu direttament fil-benesseri tat-tfal tagħna. Dan il-programm mhux biss isaħħaħ l-attività fiżika fl-iskejjel, iżda jgħin lit-tfal jiżviluppaw b'mod bilanċjat, jibnu kunfidenza u jitgħallmu jħobbu l-moviment sa minn età żgħira. Flimkien mal-Malta School Games, qed nibnu triq ċara minn parteċipazzjoni għal eċċellenza, u fuq kollox qed nibnu ġenerazzjoni aktar b'saħħitha u attiva."

Il-Kap tal-Iskola, Victoria Spiteri, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal din l-inizjattiva u saħqet fuq l-importanza li l-attività fiżika tibqa' parti integrali mill-esperjenza edukattiva tat-tfal, filwaqt li rrimarkat li programmi bħal “Ready, Set, Play!" ikomplu jsaħħu l-ħidma li diġà qed issir kuljum fl-iskola favur l-iżvilupp fiżiku, soċjali u emozzjonali tal-istudenti.

Din l-inizjattiva tifforma parti minn viżjoni nazzjonali li tpoġġi l-benesseri tat-tfal fil-qalba tal-politika edukattiva, filwaqt li tkompli tippromwovi bilanċ bejn it-tagħlim akkademiku u stil ta' ħajja attiv u b'saħħtu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Ready, Set, Play! fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Ready, Set, Play! fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Ready, Set, Play! fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Ready, Set, Play! fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow