STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar għajnuna lill-familji jaħdmu u ġenituri ta’ tfal b’diżabilità
82% tal-miżuri soċjali tal-Budget 2026 diġà implimentati
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħabbar li diġà implimenta 82% tal-miżuri soċjali kollha fdati lilu għall-Budget 2026, b'dan kollu jirnexxielu jidħol fis-seħħ fl-ewwel kwart tas-sena. Dan fl-istess waqt li komplew jitħallsu benefiċċji soċjali oħrajn eżistenti, bħall-In-work Benefit, il-Carers Grant, u titjib fil-pensjoni tal-invalidità, fost oħrajn.
Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon li matulha spjega kif 22,885ġenitur-ħaddiema bi tfal taħt it-23 sena, ser jirċievu l-ewwel pagament tal-In-Work Benefit għal din is-sena. Dan il-pagament ikopri minn Jannar u Marzu 2026, b'investiment ta' €4.3 miljun, bir-rati kollha tal-benefiċċju qed jiżdiedu b'€75 għal kull wild. Dan ifisser li l-ogħla rati tal-benefiċċju għal kull wild din is-sena issa laħqu €1,627 għal koppji u ġenituri singoli li jaħdmu, u €856 fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem.
Intant madwar 642 benefiċjarji ser jirċievu ittra biex jipprovdu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali n-numru tal-IBAN sabiex ikunu jistgħu jitħallsu dak li dovut lilhom minħabba li saru benefiċjarji ġodda.
“Fejn jidħol l-In Work Benefit biss, investejna €88 miljun fi ħdax-il sena, bil-benefiċċjarji jiżdiedu minn sena għall-oħra wara li dawn il-pagamenti qed isiru b'modawtomatiku mingħajr il-ħtieġa li ssir applikazzjoni mill-ġenituri. Aħna Gvern li nwettqu dak li nwegħdu, fejn diġà twettqu 82% mill-miżuri tal-Budget għal din is-sena fl-ewwel tliet xhur tas-sena, sinjal ċara tal-ħidma kontinwa li għaddejja fi-qasam soċjali," stqarr il-Ministru Michael Falzon.
Min-naħa tiegħu d-Direttur Ġenerali, George Cremona stqarr li madwar 572 ġenitur li ma jaħdmux biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità severa, mill-bidu ta' April ser jibdew jirċievu rati ogħla tal-Għotja għal Carers. L-għotja annwali issa tlaħħaq €5,369 – żieda ta' €179, li tirrifletti ż-żieda fil-paga minima nazzjonali netta. Ġenituri intitolati għal din l-għotja, barra li jgawdu minn krediti ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, issa qed jingħataw ukoll l-opportunità li jħallsu sa 5 snin kontribuzzjonijiet biex jiġi assigurat li jkollhom pensjoni adegwata meta jilħqu l-età tal-irtirar.
Saret referenza wkoll lejn kategorija ta' pensjonanti tal-invalidità li qed jibbenefikaw minn dħul ogħla għax bdew jitħallsu l-ekwivalenti tal-Pensjoni taż-Żewġ Terzi, li kienu jirċievu kieku rtiraw.
Fl-istess waqt daħlet fis-seħħ żieda fl-allowance addizzjonali li jitħallsu romol bit-tfal. Din l-allowance żdiedet b'€10 għal €20 fil-ġimgħa għal kull wild. S'issa il-ħlas tal-allowance kien jieqaf meta t-tfal jilħqu l-età ta' 18-il sena. Bil-miżura tal-Budget l-allowance ser jibqa' jitħallas sakemm it-tfal jagħlqu 23 sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN