Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Karl Vella li twettaq ħidma imprezzabbli fis-soċjetà

PR260510
Date Icon 27/03/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, żar il-Fondazzjoni Karl Vella, organizzazzjoni volontarja li toffri sapport psikoterapewtiku lil familji u individwi li jkunu għaddejjin minn mard jew minn telfa ta' persuna għażiża.

Matul iż-żjara, il-Prim Ministru dar il-binja li minnha tiffunzjona din il-Fondazzjoni, fejn iltaqa' mat-tmexxija u mal-membri tal-istaff. Hawnhekk ġie  spjegat aktar dwar il-viżjoni futura tal-Fondazzjoni li tinkludi, fost inizjattivi oħra, l-iżvilupp ta' servizzi speċjalizzati għall-kura fid-dar.

Il-Fondazzjoni Karl Vella bħalissa tappoġġja aktar minn 500 persuna, inkluż tfal u adulti, permezz ta' servizzi mogħtija bla ħlas minn professjonisti kwalifikati fil-qasam tas-saħħa mentali. Il-missjoni tal-Fondazzjoni hija li toħloq ambjent ta' wens u sapport għal familji li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli f'ħajjithom.

Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru u l-Ministru Farrugia tkellmu ma' persuni li bbenefikaw mis-servizzi tal-Fondazzjoni, fejn setgħu jifhmu aħjar l-impatt pożittiv li l-Fondazzjoni Karl Vella qed tħalli fil-ħajja tat-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-familji.

Din il-Fondazzjoni toffri diversi programmi li jappoġġjaw tfal u żgħażagħ ta' bejn il-5 snin u s-17-il sena li jkunu qed isofru minn mard jew minn telfa ta' persuni qrib tagħhom, kif ukoll inizjattivi immirati għal dawk li jkunu għaddejjin minn kura għal mard serju, mhux biss f'pajjiżna imma anke barra minn xtutna. Il-Fondazzjoni toffri wkoll servizzi għall-adulti permezz tal-programmi Because You Matter u Life Beyond Loss. Minbarra dan, il-Fondazzjoni tipprovdi terapija individwali għal persuni ta' kull età, u tinvesti fit-taħriġ kontinwu sabiex aktar professjonisti ġenituri u ħaddiema fis-setturi edukattivi u psikosoċjali jkunu mgħammra biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet.

Il-Prim Ministru faħħar il-ħidma tal-Fondazzjoni Karl Vella u rrikonoxxa l-valur kbir tas-servizz li qed toffri lill-familji Maltin u Għawdxin. Huwa sostna li organizzazzjonijiet bħal dawn huma eżempju ċar ta' solidarjetà, empatija u impenn lejn il-ġid tal-persuna, speċjalment fi żminijiet diffiċli. Dr Abela rringrazzja lit-tmexxija, lill-professjonisti u lill-voluntiera għad-dedikazzjoni tagħhom, hekk kif il-ħidma tagħhom qed tagħmel differenza reali u konkreta fil-ħajja ta' ħafna individwi u familji.

Il-Gvern jibqa' impenjat li jappoġġja u jħeġġeġ inizjattivi li jqiegħdu lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom u li jkomplu jsaħħu l-appoġġ fis-saħħa mentali, fis-servizzi soċjali u fil-kura b'dinjità għal kull min għandu bżonnha.

Ritratti (OPM/DOI)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Karl Vella li twettaq ħidma imprezzabbli fis-soċjetà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Karl Vella li twettaq ħidma imprezzabbli fis-soċjetà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Karl Vella li twettaq ħidma imprezzabbli fis-soċjetà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela bi żjara ġewwa l-Fondazzjoni Karl Vella li twettaq ħidma imprezzabbli fis-soċjetà
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow