Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR260498
Date Icon 26/03/2026

Il-President ta' Malta tgħarraf li:

Wara li fit-30 ta' Jannar 2026 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, għal ħatra ta' żewġ Imħallfin ġodda, li l-applikazzjonijiet għaliha kienu jagħlqu fl-20 ta' Frar 2026, fl-20 ta' Marzu 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta datat ukoll 20 ta' Marzu 2026, maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta' Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu 2026 fejn ġew evalwati wieħed u għoxrin (21) espressjoni ta' interess minn diversi persuni eliġibbli għal din il-ħatra.

Dan ir-Rapport poġġa għall kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta' tliet kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idonei għal din il-ħatra u minn dawn it-tliet ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta il-President ta' Malta jagħżel wieħed.

It-tliet ismijiet imressqa f'ordni alfabetiku li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli għall-kariga ta' Mħallef kienu dawn:

  1. Rizzo Elaine
  2. Stafrace Zammit Claire, u
  3. Sultana Brigitte

Minn dawn it-tliet ismijiet jiena għażilt dak ta Stafrace Zammit Claire.

Fit-23 ta' Marzu 2026 għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta':

Stafrace Zammit Claire

Sussegwentament nhar l-24 ta' Marzu 2026 is-Segretarju tal-Kumitat wassalli t-tieni Rapport dettaljat, naxxenti wkoll dan ir-Rapport, mis-seduta tal-Kumitat tat-03 ta' Marzu 2026 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta ta' tliet kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli għall-kariga ta' Mħallef.

It-tliet ismijiet f'ordni alfabetika kienu dawn:

  1. Caruana Leonard
  2. Rizzo Elaine, u
  3. Sultana Brigitte

L-għażla tiegħi minn dawn it-tliet ismijiet skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta hija ta':

Sultana Brigitte

Billi skont l-Artikolu 96 (1) tal-Kostituzzjoni l-Imħallfin tal-Qrati Superjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, f'ordni alfabetiku lis-segwenti persuni sabiex iservu ta' Imħallfin tal-Qrati Superjuri:

            Stafrace Zammit Claire

            Sultana Brigitte

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idonei u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu pubblikati huma dawk li jidhru aktar 'il fuq f'din l-istqarrija.

B'dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta' żewġ Imħallfin skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fit-30 ta' Jannar 2026 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Ġudikanti Imħallfin ġodda u tirringrazzja lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow