Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex

PR260496
Date Icon 26/03/2026


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex Michael Grech, u s-Segretarju Permanenti Mario Borg, ippresedew fuq l-ewwel ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u l-Union Solidarjetà. Permezz ta' dan il-Ftehim Kollettiv il-ħaddiema tal-Awtorità se jibbenefikaw minn żieda fil-pagi tagħhom u introduzzjoni ta' allowances ġodda. L-iffirmar sar fil-preżenza ta' Thomas Woods, uffiċjal tal-Industrial Relations Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr kif dan il-ftehim kollettiv se jara żidiet fil-pagi u allowances għall-impjegati, bil-għan li jittejbu l-pakketti ta' kumpens u benefiċċji tagħhom b'mod ġenerali. Huwa kompla jgħid li l-iskop tal-Ftehim Kollettiv mhuwiex biss wieħed finanzjarju għaliex dan qed jipprovdi gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bil-għan li jservi ta' inċentiv għall-impjegati futuri sabiex jingħaqdu mal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, li matul l-aħħar ħames snin, kienet strumentali sabiex jiġu ppubblikati diversi dokumenti importanti dwar Għawdex, fosthom l-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex Ivan Falzon tenna li dan il-ftehim se jkopri perjodu ta' ħames snin, u huwa pass importanti għall-Awtorità. Huwa qal li, “Illum permezz ta' dan il-ftehim kollettiv qegħdin nirrikonoxxu l-abbiltajiet u l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna li b'tant dedikazzjoni jaħdmu biex jixprunaw policies u inizjattivi ġodda b'risq Għawdex."

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Union Solidarjetà, Matthew Grech stqarr illi dan il-ftehim żgur hu pass tajjeb 'il quddiem li jirrikonoxxi l-valur u l-kontribuzzjoni li l-impjegati tal-Awtorità qed jagħtu kemm lill-istess entità, kif ukoll lil Għawdex. “It-titjib fil-pakkett finanzjarju żgur jirrifletti l-ħidma u d-dedikazzjoni ta' dawn il-ħaddiema li qed iħallu impatt effettiv fuq bosta aspetti kemm b'policies immirati għal Għawdex kif ukoll permezz ta' numru ta' pubblikazzjonijiet riċerkati," temm jgħid Matthew Grech.

Fl-aħħar nett, il-Ministru Clint Camilleri sostna li, “Il-ħaddiem dejjem kien prijorità għal dan il-Gvern u l-impjegati tal-GRDA issa għandhom ftehim kollettiv imsaħħaħ, li jirrifletti l-ħidma li qed twettaq din l-Awtorità kif ukoll l-aspirazzjonijiet tagħha u tal-impjegati fi ħdanha. Dan il-Ftehim Kollettiv jippremja l-ħaddiema u jassigura li dawn ikomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom."

Ritratt: MGP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow