Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Kummissarju Għoli u Ambaxxatur residenti u Ambaxxatur mhux residenti jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR260491
Date Icon 25/03/2026

Ambaxxatur u Kummissarju Għoli, it-tnejn residenti Malta, u Ambaxxatur mhux residenti, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Eċċellenza Tiegħu Barkın Kayaoğlu, Ambaxxatur għar-Repubblika tat-Turkija, residenti Malta;

L-Eċċellenza Tagħha Rachita Bhandari, Kummissarju Għoli għar-Repubblika tal-Indja, residenti Malta;

u

L-Eċċellenza Tiegħu Winston Spadafora Franco, Ambaxxatur għar-Repubblika tal-Panama, mhux residenti Mal0a.

Waqt il-laqgħa mal-Ambaxxatur ġdid tat-Turkija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono esprimiet il-gratitudni tagħha f'isem il-poplu Malti għall-intervent diplomatiku mit-Turkija li għin sabiex pajjiżna jkollu provvista kostanti tal-kimika li tintuża għall-kura tal-kanċer fl-Isptar tal-Onkoloġija.

Id-diskussjoni bejniethom iffukat ukoll dwar ir-relazzjoni soda bejn Malta u t-Turkija, fosthom fil-qasam tan-negozju, u kif din tista' tkompli tissaħħaħ permezz ta' ftehimiet ġodda li jistgħu jsiru 'l quddiem. Dwar it-taqlib fix-xena internazzjonali ġie nnutat li Malta u t-Turkija t-tnejn huma fuq quddiem sabiex iwasslu messaġġ wieħed favur id-djalogu u l-paċi dejjiema.

Fil-laqgħa mal-Kummissarju Għoli ġdida għall-Indja, il-President Spiteri Debono nnutat ir-relazzjoni dejjem tikber bejn iż-żewġ pajjiżi u  kif riċentement bdiet l-esportazzjoni minn Malta lejn l-Indja ta' ikel u xorb Malti. Saret referenza għall-preżenza ta' investiment sostanzjali f'Malta minn intraprendituri Indjani.

Waqt id-diskussjoni ż-żewġ naħat qablu wkoll li lesti jfittxu aktar oqsma ta' kooperazzjoni bejniethom għaż-żmien li ġej.

Matulzil-laqgħa mal-Ambaxxatur ġdid mhux residenti għall-Panama, ġie nnutat kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jfittxu aktar kooperazzjoni bejniethom fl-oqsma tal-marittimu u l-edukazzjoni, b'mod partikolari fejn jidħol l-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima, l-IMLI.

L-E.T. Myriam Spiteri Debono awgurat lit-tlieta li huma għal din il-ħatra ġdida.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA Kummissarju Għoli u Ambaxxatur residenti u Ambaxxatur mhux residenti jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow