Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Innovazzjoni fin-Nutrizzjoni: Riċerka Lokali b’teknoloġija intelliġenti għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha u sostenibbli

PR260489
Date Icon 25/03/2026

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza r-raba' minn sensiela ta' sitt avvenimenti tematiċi dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), b'kollaborazzjoni ma' Xjenza Malta. F'dan l-avveniment, ġie mħabbar investiment totali ta' €530,000 f'erba' proġetti innovattivi li jiffukaw fuq in-nutrizzjoni, is-sigurtà tal-ikel, u l-impatt ambjentali, aspetti li jolqtu direttament il-ħajja ta' kuljum u l-għażliet tal-konsumatur. Dan isegwi diskussjonijiet preċedenti li saru matul il-ġimgħat li għaddew dwar oqsma bħas-saħħa u t-teknoloġija diġitali.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq li l-proġetti ppreżentati llum huma xhieda ta' kif ir-riċerka lokali qed tindirizza sfidi bħall-obeżità, il-mard kroniku u l-ħela tal-ikel. Huwa spjega li l-investiment f'dawn it-teknoloġiji mhux biss qed itejjeb il-benesseri tal-individwu, iżda qed iwitti t-triq għal niċċa ekonomika ġdida bbażata fuq is-sostenibbiltà. Dan l-isforz jinkwadra perfettament fil-Viżjoni Malta 2050, bl-għan li l-kwalità tal-ħajja tkun il-prijorità ewlenija f'pajjiż li jservi bħala ċentru ta' eċċellenza. “Billi ninvestu f'dawn it-teknoloġiji llum, qed innaqqsu l-piż fuq is-sistema tas-saħħa tagħna għall-futur," sostna s-Segretarju Parlamentari.

Huwa żied li l-Gvern impenjat li jkompli jsostni din l-ekosistema billi jinvesti fit-talent Malti permezz ta' Xjenza Malta. Dan l-investiment fir-riżorsa umana jippermetti li r-riċerkaturi lokali jikkollaboraw fuq livell internazzjonali biex itejbu s-sostenibbiltà tal-ikel madwar il-Mediterran kollu.

L-avveniment inkluda l-preżentazzjoni ta' proġetti innovattivi li qed jagħmlu differenza reali, fosthom il-proġett NOURISH. Mark Cassar, fundatur tal-kumpanija Mamori, spjega l-viżjoni wara dan il-proġett. “Permezz ta' NOURISH, qed nutilizzaw l-Intelliġenza Artifiċjali biex nittrasformaw il-mod kif il-konsumaturi jagħżlu l-ikel tagħhom. NOURISH wassal għal Mamori, applikazzjoni fuq il-mobile bla ħlas. L-għan tagħna huwa li neliminaw l-inċertezza fl-għażliet nutrittivi billi nipprovdu għodda diġitali li toffri gwida personalizzata u immedjata. B'dan il-mod, qed nagħtu sehemna biex insaħħu s-saħħa pubblika u ngħinu fil-prevenzjoni tal-mard kroniku."

Minbarra NOURISH, ġew ippreżentati proġetti oħra, SUSTAInPack u NOVISHPAK, inizjattivi li qed jindirizzaw l-isfida tal-plastik billi jiżviluppaw materjali ġodda mill-pjanti u l-alka li huma kompletament kompostabbli. Dawn il-materjali huma kapaċi jestendu l-ħajja tal-prodotti tal-ikel filwaqt li jippromwovu l-ekonomija ċirkolari.

Ir-riċerkaturi spjegaw kif dan ix-xogħol qed iservi ta' pont bejn il-benesseri tal-individwu u s-sostenibbiltà. Permezz ta' dawn is-soluzzjonijiet, Malta qed tpoġġi lilha nnifisha fuq quddiem nett fl-eċċellenza xjentifika, fejn is-sostenibbiltà u l-profittabilità jimxu id f'id għal futur aħjar għal uliedna.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Innovazzjoni fin-Nutrizzjoni: Riċerka Lokali b’teknoloġija intelliġenti għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha u sostenibbli
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Innovazzjoni fin-Nutrizzjoni: Riċerka Lokali b’teknoloġija intelliġenti għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha u sostenibbli
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Innovazzjoni fin-Nutrizzjoni: Riċerka Lokali b’teknoloġija intelliġenti għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha u sostenibbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow