Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

PR260486
Date Icon 25/03/2026


Baking Bridges – Studenti tal-ITS u pazjenti tas-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali jingħaqdu biex jiċċelebraw il-festi ta' matul is-sena bi ħlewwiet tal-okkażjoni

L-istudenti qed jagħmlu 260 figolla għall-pazjenti tas-saħħa mentali

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) qed jaħdem mas-Servizzi Nazzjonali għas-Saħħa Mentali (NMHS) sabiex l-istudenti jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħarsien soċjali, billi jagħmlu ħlewwiet staġjonali għall-pazjenti tas-saħħa mentali.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg, u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ħabbru din il-kollaborazzjoni fl-Isptar Mount Carmel, fil-preżenza tal-istudenti u uffiċjali tal-ITS, rappreżentanti tal-NMHS, u uffiċjali oħra miż-żewġ ministeri.

Din il-kollaborazzjoni, bl-isem Baking Bridges: Nourishing Minds and Hearts, tagħmel parti mill-impenn taż-żewġ entitajiet lejn ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, bil-għan li jseddqu t-tessut nazzjonali permezz tas-sehem fil-komunità u t-terapija kulinarja. Sabiex nedew din l-inizjattiva, l-istudenti qed jaħmu madwar 260 figolla tradizzjonali biex jagħtuhom lill-pazjenti tal-Isptar qabel l-Għid il-Kbir. Studenti u letturi tal-ITS se jippreparaw ukoll ħlewwiet staġjonali għall-pazjenti fil-festi tal-Milied, l-Ewwel tas-Sena, il-Karnival, Jum l-Omm, Jum il-Missier, fost festi annwali oħra.

Il-proġett jinkludi wkoll taħriġ professjonali għall-appoġġ tal-istudenti tal-ITS, ipprovdut minn esperti tas-saħħa mentali. Dan se jkompli jsaħħaħ l-għarfien dwar is-saħħa mentali fuq il-kampus tal-ITS, lejn ambjent aktar infurmat u sensittiv għal studenti li jistgħu jkunu għaddejjin minn esperjenzi partikolari fl-iżvilupp tas-saħħa mentali tagħhom.

Din is-sħubija bejn l-ITS u n-NMHS tippreżenta perspettiva proattiva għar-responsabbiltà soċjali korporattiva, billi tagħti lill-istudenti l-opportunità li jużaw il-ħiliet tagħhom f'kuntest reali, filwaqt li jitgħallmu li l-ospitalità mhijiex limitata għal-lukandi u r-ristoranti, iżda tista' tkun ukoll għodda b'saħħitha biex toffri ħarsien u appoġġ lill-komunità.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg innota li din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn tal-Gvern li jpoġġi l-benesseri fiċ-ċentru tal-edukazzjoni u tal-ħajja komunitarja. “Din hija opportunità għall-istudenti tal-ITS biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom filwaqt li jifhmu t-tifsira vera tal-ospitalità, hekk kif jifhmu u jħaddnu l-prinċipji tal-ħarsien, l-empatija u r-rabtiet bejn il-bnedmin. Baking Bridges huwa eżempju b'saħħtu ta' kif l-istudenti jistgħu jiġu mħeġġa jappoġġjaw lil oħrajn madwarhom, filwaqt li jiżviluppaw sens ta' komunità, hekk kif jitgħallmu jkunu professjonisti ta' qalb tajba u responsabbli."

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li din il-kollaborazzjoni bejn is-Servizzi Nazzjonali għas-Saħħa Mentali u l-ITS tfisser aktar solidarjetà u apprezzament għall-persuni li jkunu għaddejjin minn sfidi ta' saħħa mentali. Dan il-ftehim ikompli ma' inizjattivi oħrajn li l-Ministeru kontinwament qed jagħmel biex ikompli jqajjem għarfien dwar sfidi ta' saħħa mentali. “Nawgura li din l-kollaborazzjoni tkompli tissaħħaħ u nħares 'il quddiem għal aktar kollaborazzjonijiet li minnhom jibbenefikaw kemm il-pazjenti kif ukoll inkabbru l-għarfien u nkomplu ngħelbu l-istigma dwar l-isfidi mentali", temm jgħid Dr Abela.

Il-Kapijiet Eżekuttivi tal-NMHS u l-ITS, Roseanne Camilleri u Pierre Fenech, iffirmaw il-ftehim ta' din il-kollaborazzjoni. 

Fil-ġejjieni, l-ITS u l-NMHS se jkomplu jevalwaw il-benefiċċji tal-inizjattiva biex jiżguraw li tibqa' tħalli l-frott u tkun sostenibbli, hekk kif itennu l-impenn tagħhom lejn edukazzjoni ta' livell ogħla u aktar għarfien dwar is-saħħa mentali, sabiex b'hekk ifakkru li ġesti żgħar jistgħu jagħmlu differenza kbira.

Ritratti: DOI/MFT

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow