Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa

PR260463
Date Icon 21/03/2026

Proġett viċin madwar 3,000 resident

Fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, għaddej xogħol fuq medda ta’ art ta’ madwar 2,000 metru kwadru f’żona residenzjali.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa waqt żjara fuq ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq dan is-sit.

Bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar ġibjun fuq tlett livelli li jesgħu mal-380 metru kubu għat-tisqija ta’ dan il-ġnien.  B’investiment ta’ madwar miljun u nofs ewro dan il-proġett se jkollu diversi passaġġi differenti u se jkun qed jinkorpora bini ta’ workshops edukattivi kif ukoll faċilitajiet pubbliċi.

Dan il-proġett se jara it-tħawwil ta’ 64 siġra u 150 arbuxell.

“Proġett wara l-ieħor qed inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna u l-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-lokalitajiet tagħhom. Dan filwaqt li qed inkomplu nwettqu l-wegħda tagħna li nipprovdu aktar spazji miftuħa f’lokalitajiet differenti qrib ir-residenti. Fil-fatt dan il-proġett se jkun qed jolqot mat-3,000 resident,” rrimarkat il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Project Manager fuq dan il-proġett, Chiara Darmanin qalet kif dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ proġetti li qed taħdem fuqhom Project Green. Dan il-proġett fil-Mellieħa, huwa wieħed minn 19-il proġett li l-Aġenzija Project Green bħalissa għaddejja b’ħidma fuqhom. “F’dan is-sit bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar fil-blat biex infasslu l-bażi ta’ dan il-ġnien, fejn taħt se jkun qed ikollna ġibjun biex jintuża għat-tisqija tal-istess ġnien.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow