Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titjib fil-faċilitajiet għall-annimali abbandunati: Jitlestew ix-xogħlijiet mill-AAA permezz tal-iskema ta’ manutenzjoni

PR260458
Date Icon 20/03/2026

Investiment dirett fis-santwarji tal-annimali biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom għall-annimali abbandunati

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbret li tlestew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni mwettqa mill-Association for Abandoned Animals (AAA) permezz tal-iskema ta' manutenzjoni li ġiet imnedija biex tappoġġja santwarji tal-annimali f'Malta u Għawdex.

Waqt żjara fil-faċilitajiet tal-AAA, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, flimkien mad-Direttur tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Joseph John Vella, raw mill-qrib ix-xogħlijiet li saru permezz ta' din l-iskema.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li din l-iskema hija pass importanti biex jissaħħaħ il-livell ta' kura u protezzjoni tal-annimali fil-pajjiż. “Permezz ta' din il-miżura qed nagħtu appoġġ konkret lis-santwarji li jaħdmu bla waqfien biex jieħdu ħsieb annimali abbandunati. Dawn il-fondi qed jintużaw biex jitjiebu l-faċilitajiet u jinħoloq ambjent aktar xieraq għall-annimali li jinsabu taħt il-kura tagħhom," qalet is-Segretarju Parlamentari.

Hija żiedet li l-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jsaħħaħ il-ħidma fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali. “Nirrikonoxxu l-ħidma imprezzabbli tal-voluntiera u tal-organizzazzjonijiet li kuljum jagħtu ħinhom u r-riżorsi tagħhom biex jieħdu ħsieb dawn l-annimali. Permezz ta' inizjattivi bħal din qed innaqqsu mill-piż finanzjarju li dawn iġorru u nappoġġjawhom sabiex ikomplu joffru servizz essenzjali lill-komunità," sostniet Bugeja Said.

Id-Direttur tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Joseph John Vella spjega li s-santwarji tal-annimali għandhom rwol kruċjali fil-ħidma ta' salvataġġ u kura tal-annimali. Huwa qal li mingħajr l-appoġġ u l-faċilitajiet li jipprovdu dawn is-santwarji, ma jkunx possibbli li jitwettqu l-istess livell ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ. Huwa faħħar ukoll lill-Association for Abandoned Animals għax-xogħol li wettqu u għall-mod kif użaw il-fondi biex itejbu l-infrastruttura tagħhom.

Din l-iskema ta' finanzjament, li tipprovdi sa €10,000 lil kull santwarju eliġibbli, qed tkompli tħalli impatt pożittiv fuq diversi organizzazzjonijiet madwar Malta u Għawdex. Permezz tagħha, diversi santwarji setgħu jwettqu xogħlijiet essenzjali ta' manutenzjoni u titjib, bil-għan li joffru kundizzjonijiet aħjar għall-annimali abbandunati u b'hekk saħħet l-ħidma favur il-benesseri tagħhom.

Din l-inizjattiva tallinja wkoll mal-viżjoni fit-tul tal-Gvern, il-Viżjoni Malta 2050, li tħares lejn żvilupp sostenibbli u soċjetà inklussiva. F'dan il-kuntest, il-benesseri tal-annimali jibqa' prijorità, b'investiment kontinwu f'inizjattivi li jsaħħu l-protezzjoni u l-kura tal-annimali madwar il-pajjiż.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titjib fil-faċilitajiet għall-annimali abbandunati: Jitlestew ix-xogħlijiet mill-AAA permezz tal-iskema ta’ manutenzjoni
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titjib fil-faċilitajiet għall-annimali abbandunati: Jitlestew ix-xogħlijiet mill-AAA permezz tal-iskema ta’ manutenzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow