Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Malta bl-ogħla rata ta’ impjiegi fl-UE frott deċiżjonijiet strateġiċi importanti

PR260453
Date Icon 20/03/2026

Mill-istatistika tal-Eurostat dwar l-impjiegi rriżulta li għall-ewwel darba Malta kisbet l-ogħla rata ta' impjiegi fost is-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. B'rata ta' impjiegi li laħqet it-83.6% Malta issa tinsab fl-ewwel post, b'rata li hija 7% aqwa minn dik tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, fisser kif din l-istatistika hija xhieda ta' kemm pajjiżna mexa 'l quddiem fl-aħħar snin, hekk kif sal-2012 ir-rata ta' impjiegi f'pajjiżna kienet madwar 3% inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea u kienet fost l-inqas meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra tal-istess Unjoni Ewropea.

“Ix-xogħol jagħti d-dinjità u l-politika tal-Gvern ħadmet fuq żewġ binarji. Min-naħa kellek l-opportunitajiet li nħolqu permezz tat-tkabbir ekonomiku, u min-naħa l-oħra kellek il-politika b'ruħ soċjali tal-making work pay, b'inizjattivi li għamluha vijabbli għal ħafna persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol bħalma huma t-tapering tal-benefiċċji u l-in-work benefit fost oħrajn," spjega l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri fisser ukoll kif din ir-rata ta' impjiegi b'saħħitha tagħti l-faċilità lill-Gvern li bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050 jiffoka fuq il-kwalità u t-tisħiħ tal-ħiliet, fost oħrajn.

Mill-istatistika tal-Eurostat jirriżulta li wieħed mill-aktar riżultati sinifikanti kien iż-żieda sostanzjali fl-impjiegi fost in-nisa. Filwaqt li fl-2012 ir-rata ta' impjiegi fost in-nisa kienet madwar 13% inqas mill-medja Ewropea, fl-2025 din qabżet il-medja b'aktar minn 5%. Dan ukoll jirrifletti l-effett pożittiv tad-diversi miżuri li introduċa l-Gvern fl-aħħar tlettax-il sena.

“Dan il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jsaħħaħ is-suq tax-xogħol b'enfasi fuq kwalità ogħla fl-impjiegi, aktar opportunitajiet u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja. Ir-riżultati kbar li nkisbu ġustament dawru d-diskussjoni fil-pajjiż fuq dawn il-prijoritajiet il-ġodda. Għalhekk l-għan jibqa' li jinżamm dan il-livell rekord filwaqt li jiġi żgurat li l-frott tat-tkabbir ekonomiku jkompli jitqassam b'mod ġust fost il-familji kollha Maltin u Għawdxin," temm il-Ministru Camilleri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow